Il-Futur Inkiteb Ilbieraħ – Tislima lil Francis Ebejer fl-okkażjoni tal-100 sena minn twelidu

- This event has passed.

Il-Futur Inkiteb Ilbieraħ – Tislima lil Francis Ebejer fl-okkażjoni tal-100 sena minn twelidu
Dati u Ħinijiet
Il-Ġimgħa 25 ta’ April, 8pm
Is-Sibt 26 ta’ April, 8pm
6 atturi, xebgħa ideat, u ġgant letterarju.
Grupp t’atturi jingħataw biċċa xogħol – dik li joħolqu tribut mill-aqwa lil Francis Ebejer, wieħed mill-ikbar kittieba li qatt kellha Malta. Iżda minn fejn jaqbdu jibdew? Mill-kitbiet tiegħu? Mill-ħajja tiegħu? Mill-ispirtu tiegħu?
Hekk kif l-atturi jipproponu l-ideat tagħhom u l-provi jinħakmu mill-ġenn u l-kummiedji ta’ bejniethom, it-tribut bħal donnu jieħu ħajja għalih u tisfuma d-distinzjoni bejn il-passat u l-preżent, l-attur u l-karattru, il-provi u t-tribut innifsu.
B’waqtiet umoristiċi u oħrajn imprevedibbli, dan żgur mhuwiex tribut tas-soltu. Se jirnexxilhom l-atturi, jew jistgħu jispiċċaw parti mill-ispettaklu bla ħsieb?
Dan hu Ebejer kif qatt ma esperjenzajtuh qabel.
Tim kreattiv
Kittieb u Direttur – Clive Piscopo
Cast – Abigail Borg, Claire Piscopo, Deborah Saliba, James Caruana, Joseph Philip Micallef, Nicholas Frendo
Assistent tal-Produzzjoni – James Pace
B’kollaborazzjoni ma:
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post