Il-Giddieb Għomru Twil

- This event has passed.

Il-Giddieb Għomru Twil
One event on 18 Marzu 2023 at 8:00 pm
One event on 19 Marzu 2023 at 7:00 pm
Data u Ħin
Il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu 2023, 8pm
Is-Sibt 18 ta’ Marzu 2023, 8pm
Il-Ħadd 19 ta’ Marzu 2023, 7pm
Tajjeb. Ħazin. It-tnejn li huma.
Ija. Le. Forsi.
Iswed. Abjad. Griż.
Hemm xi lok għal kuxjenza nadifa fid-dinja tal-lum? Xi jsarraf li tkun “tifel tajjeb?” Kemm hu veru li l- giddieba jispiċċaw ħazin? Kieku x’jaħseb il-famuż Pinocchio illum il-ġurnata?
Miktuba minn Anton Saliba u b’direzzjoni ta’ Jean-Marc Cafa’, ‘Il-Giddieb Għomru Twil’ ta’ Studio 18 hija rakkont li tidħol fil-gwaj u l-inkwiet ta’ kultura ta’ impunità. Ispirata minn Pinocchio ta’ Collodi, il-produzzjoni titfa’ l-istorja tal-pupazz rinomat f’kuntest lokali. Pero’, minflok sempliċement jaċċetta l-binarji stabbiliti tat-tajjeb u l-ħażin, Pinocchio jispiċċa jomgħod il-kuxjenza tiegħu stess, li tibgħatu fuq vjaġġ li jimbotta l-fibra morali tiegħu sax-xifer.
Produzzjoni ta’ siegħa mimlija sorpriżi, akkumpanjata mir-riorkestrazzjoni ta’ melodiji Maltin ta’ Aleandro Spiteri Monsigneur u direzzjoni ta’ moviment ta’ Rochelle Gatt: dir-reċta ġdida twiegħed li żżommok taħseb sal-aħħar.
IT-TIM KREATTIV:
Kittieb: Anton Saliba
Direttur: Jean-Marc Cafà
Direttur Mużikali & Kompożitur: Aleandro Spiteri Monsinjur
Direttur tal-Moviment: Rochelle Gatt
Direttur tal-Provi: Rebecca Attard
KAST:
Jamie Cardona
Becky Camilleri
Sean Borg
Benjamin Abela
Nadine Farrugia
Din il-produzzjoni fiha lingwaġġ adulta, vjolenza, temi sensittivi u xeni ta’ mewt li xi membri ta’ l-udjenza jistgħu isibu skomdi. Waqt din il-produzzjoni jintużaw ukoll id-duħħan u dawl qawwi.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni Addizzjonali