Il-Masġar tal-Allat Siekta

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Il-Masġar tal-Allat Siekta

2 October 2016 @ 8:00 pm

“Ħadd minna ma jixtieq jiġi mfakkar li d-dimensja hija xi ħaġa li tiġri minn jeddha, mingħajr ħniena, u li hi tassew xi ħaġa komuni.”
Laurle Graham

Data u ħin: Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2016, 8.00PM
Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Prezz: B’xejn

Analiżi riċenti turi li, bejn wieħed u ieħor, 1.5% tal-popolazzjoni Maltija għandha d-dimensja, u din il-figura hija mistennija li tiżdied bi tliet darbiet iżjed sa tletin sena oħra. Il-Masġar tal-Allat Siekta hija rappreżentazzjoni soċjo-kulturali u edukattiva fuq il-marda tal-Alzheimer bl-għan li tqajjem aktar għarfien dwar din il-kundizzjoni li minnha jbatu eluf ta’ Maltin.

Din ir-rappreżentazzjoni tiffoka fuq familja magħmula minn tliet membri li qed iħabbtu wiċċhom mal-konsegwenzi li ġġib magħha l-marda tal-Alzheimer, li hija waħda mill-aktar forom komuni ta’ dimensja. L-istorja hija bbażata fuq l-esperjenzi tal-awtur, il-Professur Charles Scerri, ma’ dawn il-persuni, kif ukoll fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-qraba u tal-infermiera tagħhom. Kunċetti bħalma huma l-progressjoni tal-marda, l-anzjetà u r-rabja, u finalment, il-konsenja għall-marda, se jiġu trattati fil-monologi varji, li jirriflettu wkoll fuq l-istigma li s-soċjetà għandha rigward mard li jaffettwa s-saħħa mentali, inkluża d-dimensja.  Wara l-prestazzjoni ser ikun hemm diskussjoni qasira fejn se jiġi spjegat aħjar x’hemm bżonn isir meta wieħed jinduna bis-sintomi.

Dan il-proġett huwa parti minn Science in the City, u huwa appoġġjat mill-Malta Dementia Society, HSBC (Swater), u l-Università ta’ Malta.

Dettalji

Data:
2 October 2016
Ħin:
8:00 pm - 9:30 pm
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Il+Masgar+Tal+Allat+Siekta

Venue

Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 90min
Language Malti
Creative Team Charles Scerri (awtur), Joseph Galea (direttur)
With the participation of Rita Camilleri, Joe Pace, Justin Sean Grech