Il-Qarċilla

Loading Events

Il-Qarċilla

8 Frar 2024 - 9 Frar 2024

Xejn ma jrattab il-qalb ħarxa ta’ Korradino, kriminal magħruf tant li saħansitra għandu ċ-ċella personali tiegħu, ħlief il-ħarsa ta’ Rużann. Kull filgħodu hu jilmaħha mit-terrazzin taċ-ċella personali tiegħu hi u tixxemmex fit-terrazzin taċ-ċella personali tagħha fin-naħa l-oħra tal-ħabs. Issa wara snin ta’ mħabba qalila ta’ laqgħat maħruba u kitbiet poetiċi imqanqla, wasal il-waqt li jissiġillaw imħabbithom quddiem sħabhom il-ħabsin.

Telefonata waħda lil sieħbu, n-Nutar Carmelo Caruana Carrotta, u fl-aħħar ser jingħaqad ħaġa waħda ma’ Rużann, u b’hekk bħala koppja u familja jikkwalifika għall-iskema ‘Ċella b’Żigarella’ fejn ikun intitolat għall-penthouse bil-pool ġewwa l-ħabs. Iżda lil min jaqbad jistieden? U x’ħa jagħmlu għar-rigali? Tibżawx…kollox attrezzat u fejn ma jasalx, żewġ telefonati jmorru fin-nofs.

Tim Kreattiv:

Direttur – Joseph Galea
Kittieb – Alex Vella Gregory

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a