Irish Film Days – Barber plus Q&A

Loading Events
  • This event has passed.

Irish Film Days – Barber plus Q&A

9 April 2024 @ 7:30 pm

Data u ħin:
It-Tlieta, 9 ta’ April, 2024, 7.30pm

Dublin 2020: Val Barber huwa detective privat. Xogħlu jinvolvi fil-biċċa l-kbira klejms foloz tal-assigurazzjoni u xi affari barra miż-żwieġ, il-ħobż ta’ kuljum tal-aġenziji tad-detectives madwar id-dinja kollha. Peress li huwa mdorri jistor sigrieti tieħu stess, Barber huwa pignut għal dan il-mestier.

L-aħħar klijent ta’ Barber tqabbdu jsib lin-neputija tagħha, Sara, li għebet. L-investigazzjonijiet inizjali ta’ Barber dwar l-għejbien tagħha malajr jieħdu laqta kerha. Jibdew joħorġu fil-beraħ b’mod stramb sigrieti li kien ilhom żmien twil midfuna. Barber ma jdumx ma jsib ruħu f’kobba mħabbla ma’ rġiel important b’valuri dubjużi li huma determinati li jxekklu l-investigazzjonijiet tiegħu. Il-fatt li terġa’ tfeġġ maħbuba antika tiegħu u li f’daqqa waħda jiżviluppa interess fil-maħbuba sigrieta ta’ wieħed mill-ikbar suspettati tiegħu xejn ma jgħin. Il-ħajja personali atipika u kulma jmur aktar kaotika ta’ Barber tibda tikkrolla hekk kif is-sigrieti tiegħu stress jerġgħu jikxfu snienhom u jġiegħluh jaffaċċjahom. Ir-ritorn lura d-dar imminenti ta’ bintu adolexxenti jinzerta jaħbat ma’ sens ta’ theddida kulma jmur dejjem jikber hekk kif l-għedewwa ta’ Barber jibdew iduru għalih.

Jaqaw Barber fl-aħħar sab kappell jiġih?


L-Ambaxxata tal-Irlanda bi pjaċir tilqa’ lis-Sa Fiona Bergin u lis-Sur Fintan Connolly, ko-kittieba, produttur u direttur ta’ Barber, ġewwa Malta! Fiona u Fintan ser jingħaqdu magħna għal sessjoni ta’ Q&A ta’ 30 minuta immedjatament wara li jintwera l-film.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
B'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 30min
Ċert
15
Lingwa
Ingliż
: