Is-Siġra tat-Tin

- This event has passed.
Is-Siġra tat-Tin
Dati u Ħin
Il-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru 2021, 8pm (Taħdita Teatru)
Is-Sibt 2 ta’ Ottubru 2021, 6pm & 8pm (extra show)
Il-Ħadd 3 ta’ Ottubru 2021, 7pm
Il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju 2022 fit-8pm
Is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2022 fit-8PM
Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2022 fis-7pm
Ix-xewqa hija umana. Aħna lkoll għandna xewqat u l-bżonnijiet tagħna.
Madankollu, it-triq għal dak li nixxennqu mhix l-istess għal kulħadd. Kultant dik it-triq hija mfixkla, xi drabi nistgħu nħossu li m’hemm l-ebda pont għan-naħa l- oħra, xi kultant nistgħu nħossuna kompletament waħedna meta rriduha u nagħmluha għaliha. Kultant trid timxi ‘l quddiem u sempliċement tkun favoluż. Din hija storja miktuba mid-drammaturga rebbieħa Simone Spiteri, dwar xewqat irrakkontati u ko-maħluqa minn atturi b’diżabilità intellettwali u artisti mistiedna, li jgħaqqdu l-ħolm bħall-friegħi ta’ siġra bil-weraq fi produzzjoni teatrali ġdida minn Opening Doors u taħt id-direzzjoni ta’ Toni Attard. Il-produzzjoni ġiet ippreżentata għall-ewwel darba f’Ottubru tal-2021 waqt ir-restrizzjonijiet tal-COVID. Issa tirritorna lura ġot-teatru għall-weekend wieħed biss.
Id- dramm Is-Siġra tat-Tin huwa pproduċut minn Opening Doors bl-għajnuna ta’ Culture Venture, Udjenza, Farsons Foundation u AMASS fl-Università ta’ Malta, Acting on the Margins: Art as Social Sculpture, imsieħba f’Malta mid-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa, u Edukazzjoni
Direzzjoni: Toni Attard
Kitba: Simone Spiteri mal-membri ta’ Opening Doors
Atturi: Cheyenne Aquilina, Caroline Bajada, Angela Bettoni, Sharon Bezzina, Denise Camilleri, Kurt Castillo, Peter Fenech, Benjamin Grech, Sarah Micallef, Jacob Piccinino, Justin Spiteri & Mark Zammit Cutajar
Koordinatur tal-produzzjoni, props u assistent maniġer tal-palk: Anne Marie Camilleri
Xenografija: Romualdo Moretti
Disinn tad-dwal: Chris Gatt
Disinn tal-ħoss: Michael Quinton
Maniġer tal-palk: Annalisa Schembri
Kostruzzjoni tas-Sett: Claudio Apap
Produzzjoni: Opening Doors Association
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post