Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

JoJo Rabbit

28 January 2020 - 23 February 2020

Dati u Ħinijiet:

It-Tlieta, 28 ta’ Jannar, 2020, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 31 ta’ Jannar, 2020, 7.30pm
Il-Ħamis, 6 ta’ Frar, 2020, 7.30pm
Il-Ħadd, 9, ta’ Frar 2020, 5.30pm
Is-Sibt, 15, ta’ Frar 2020, 8.00pm
Il-Ġimgħa, 21 ta’ Frar, 2020, 7.30pm
Il-Ħadd, 23 ta’ Frar, 2020, 8.00pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Prezz: €7 / €6 (Membri taċ-Ċinema Club)

Il-kittieb u direttur Taika Waititi (HUNT FOR THE WILDERPEOPLE), iwassal l-istil uniku tiegħu ta’ umoriżmu u niket fl-aktar film reċenti tiegħu, Jojo Rabbit, satira ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija li jsegwi tfajjel Ġermaniż imwarrab (Roman Griffin Davis jinterpreta Jojo) li jsib l-ideoloġiji tiegħu maqluba ta’ taħt fuq meta jiskopri li ommu li trabbih waħedha (Scarlett Johansson) qed tagħti kenn lil tifla żgħira Lhudija (Thomasin McKenzie) fil-kamra tal-bejt tagħhom. Bl-għajnuna tal-uniku ħabib immaġinarju idjotiku tiegħu, Adolf Hitler (Taika Waititi), Jojo jrid jikkonfronta n-nazzjonaliżmu għami tiegħu. Jojo Rabbit, b’xeneġġjatura u direzzjoni ta’ Taika Waititi, hija bbażata fuq il-ktieb “Caging Skies” ta’ Christine Leunens, u bis-sehem ta’ Roman Griffin Davis, Thomasin McKenzie, Taika Waititi, Rebel Wilson, Stephen Merchant, Alfie Allen, flimkien ma’ Sam Rockwell u Scarlett Johansson.

 

Dettalji

Bidu:
28 January 2020
Tmiem:
23 February 2020
Event Categories:
,
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=JoJo+Rabbit

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 108 minuta
Cert 12A