Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Julinu’s Radioactive Ravioli

26 April 2019 - 26 May 2019

Dati u ħinijiet: Il-Ġimgħa, 26 t’ April – Il-Ħadd, 26 ta’ Mejju 2019
Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn

“Julinu’s Radioactive Ravioli” hija esibizzjoni tat-tpinġija biż-żejt pop-surrealista ta’ Julian Mallia, magħruf bħala Julinu, li tippreżenta univers alternattiv kemmxejn stramb.

Billi jingħataw interpretazzjonijiet viżwali alternattivi għal termini u elementi komuni tal-kultura pop, l-artist Julinu jesplora l-livelli aktar profondi tal-ambigwità li jinsabu bejn il-komunikazzjoni viżwali u dik lingwistika. Ir-riżultat huwa taħlita ta’ kuntrasti allegrużi iżda li jqanqlu l-ħsieb u surreali, li jisfidaw ir-reazzjonijiet istintivi għal sitwazzjonijiet familjari.

It-taħlita ta’ estetika melankonikafit-tekniki tradizzjonali realistiċi tat-tpinġija, flimkien mal-ispirtu taż-żmien ċiniku, kontemporanju u kulturali, tikkontribwixxi għas-sens ta’ umoriżmu xott u mqarqaċ marbut ma’ dan il-proġett.

Julinu huwa illustratur, artist viżiv u disinjatur grafiku li jispeċjalizza f’ideat viżwali realistiċi.

Ser isiru wkoll żewġ taħditiet bħala parti mis-sensiela ta’ Art Additives f’konnessjoni ma’ din il-wirja.

 www.julinu.com

Dettalji

Bidu:
26 April 2019
Tmiem:
26 May 2019
Event Categories:
,

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Creative Team Julian Mallia