National Theatre: Julius Caesar (Encores)

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

National Theatre: Julius Caesar (Encores)

7 April 2018 - 29 April 2018

€5 – €12

Encore: Is-Sibt, 7 April, 2018, 7:30PM
Encore: Il-Ħadd, 29 April, 2018, 6:00PM

Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Imxandra live minn The Bridge Theatre, London, il-produzzjoni ta’ Nicholas Hytner turi iċ-ċelebrazzjonijiet nobbli, il-konfoffi, in-niket u t-taqlib tat-traġedja dejjiema ta’ Shakespeare. Meta Ċesari jirritorna trijonfantament lejn Ruma u jirbaħ il-qalb tal-poplu, jqiegħed lilu nnifsu f’pozizzjoni vulnerabbli migħajr ma’ jintebaħ. Fost dawk li jduru kontrieħ nsibu lill-Marcus Junius Brutus, li jingħaqad mal-konfoffa kontrih għal dak li hu jemmen hu l-ġid ta’ Ruma. Imma l-att kontra Ċesari malajr jikkawża l-kaos fl-Imperu.

Ġulju Ċesari huwa wieħed mid-diversi drammi ta’ Shakespeare li huma ibbażati fuq l-istorja Rumana u jingħad li huwa l-ewwel xogħol tiegħu li ġie imtella fil-famuż Globe Theatre. Minkejja l-karattru titulari, ix-xogħol jiffoka fuq Brutus. Ix-xogħol huwa magħruf ukoll għar-rabtiet li għandu ma’ xogħolijiet oħrajn, fosthom Anthony u Cleopatra, fejn jiġi elaborat il-kunflitt bejn żewġ karattri – Mark Anthony u Octavius – kif wkoll it-traġedja Hamlet, li fiha Polonius jirrelata dwar kif darba kiseb l-irwol ta’ Ġulju Ċesari.

Ben Whishaw (The Danish Girl, Skyfall, Hamlet) u Michelle Fairley (Fortitude, Game of Thrones) jieħdu l-irwoli ta’ Brutus u Cassius, David Calder (The Lost City of Z, The Hatton Garden Job) dak ta’ Ċesari u David Morrissey (The Missing, Hangmen, The Walking Dead) huwa Mark Antony.

Nixtiequ navżawkhom li ser ikun hemm id-dwal iteptpu waqt l-avveniment.

Prezz
Encore: €12
Konċessjonijiet (Studenti u anzjani): €10
Tfal taħt it-12-il sena: €5

Dettalji

Bidu:
7 April 2018
Tmiem:
29 April 2018
Prezz:
€5 – €12
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=NT+Encore+Julius+Caesar

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 135 min
Cert 15
Language Ingliż
Creative Team Nicholas Hytner (Produzzjoni)
With the participation of Ben Whishaw (Bħala Brutus), Michelle Fairley (Bħala Cassius), David Calder (bħala Caesar), David Morrissey (bħala Mark Antony)