She said Darling With a “K”: Reimagining Katya Saunders

- This event has passed.

She said Darling With a “K”: Reimagining Katya Saunders
Hija kienet tipprovoka sentimenti kunfliġġenti minn dawk l-aktar qrib tagħha, iżda kull min kien jaf lil Katya Saunders jaqbel fuq punt wieħed – hija kienet mara li għexet il-verità tagħha, irrevelanti minn kollox.
Issa, wara ftit aktar minn tliet snin mill-mewt tagħha, se niċċelebraw il-ħajja ta’ Katya b’esibizzjoni li tenfasizza l-faċċati differenti ta’ waħda mill-ewwel nisa transġeneru li kissret il-fruntieri f’termini ta’ diversità u inklużjoni sesswali f’Malta.
Ikkumplimentata mit-tnedija tal-bijografija uffiċjali tagħha, miktuba minn Ramona Depares, il-katalgu ta’ ritratti, ħwejjeġ u memorabilja murija f’din l-esibizzjoni se jeħduna fuq vjaġġ biex insiru nafu lill-vera Katya.
Tour, Diskussjoni u Q&A
Ingħaqad magħna għal tour tal-wirja mal-kuratur Charlie Cauchi, segwit minn Q&A ma’ Ramona Depares (awtriċi ta’ Katya – Easy on the Tonic), Charlie Cauchi (ko-kuratur ta’ She Said Darling with a “K”) u Joe Grima (MGRM – membru tal-kumitat). Il-Q&A se tkun immexxija minn Anna Marie Galea.
Il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar 2023, 6pm, Spazju A.
L-awdjo recording tal-avveniment jinsab hawn:
Tours
Dati u Ħin:
Il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar 2023, fis-6pm
Il-Ħamis 19 ta’ Jannar, fis-7pm
Tim Kreattiv
Ko-Kuraturi: Charlie Cauchi u Romeo Roxman Gatt
Awtur: Ramona Depares