Kids Dig Science
- This event has passed.
Kids Dig Science
14 January 2017 @ 3:00 pm
€5 – €7Xjenza – Esperimenti – Pupazzi
Dati u ħin:
Is-Sibt 14 ta’ Jannar 2017, 3.00PM
Is-Sibt 11 ta’ Frar 2017, 3.00PM
Is-Sibt 11 ta’ Marzu 2017, 3.00PM
Is-Sibt 8 ta’ April 2017, 3.00PM
Post: Studjows A u B (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: €7 (tfal); €5 (adulti)
Età: 7+
It-tagħlim dwar ix-xjenza permezz tat-teatru, l-arti tal-pupazzi, u sessjonijiet prattiċi għat-tfal, huwa l-kunċett li jinsab fil-qalba tal-proġett interattiv Kids Dig Science.
Sitt produzzjonijiet teatrali bil-pupazzi ġew żviluppati bl-idea li kull wieħed minnhom jiżvela xi aspett intriganti tad-dinja xjentifika, filwaqt li jissimplifikaw u jagħtu xejra divertenti kemm jista’ jkun lil numru ta’ kunċetti kumplessi. Kull prestazzjoni hija mħejjija bl-għan li tkun interattiva sabiex it-tfal ikunu jistgħu jipparteċipaw fin-narrattiva tal-istorja.
Wara kull prestazzjoni, it-tim ta’ Kids Dig Science se jkunu qed iħejju sessjonijiet prattiċi għat-tfal fejn se jkunu jistgħu jesperimentaw, kemm fejn tidħol ix-xjenza u kif ukoll fejn tidħol l-arti, u jużaw il-kapaċitajiet kreattivi, u l-kurżità tagħhom sabiex jiżvelaw u jifhmu aktar mill-qrib id-dinja ta’ madwarhom.
Dawn is-sessjonijiet huma mfasslin b’tali mod li, b’mod speċjali, juru l-importanza tal-kreattività, u kif din mhijiex xi ħaġa li tinsab esklussivament fl-arti, imma li x-xjenza kważi kważi titlob ideat u soluzzjonijiet kreattivi sabiex tkompli tiżviluppa. Bl-istess mod, dawn is-sessjonijiet jisħqu fuq l-importanza li wieħed jistaqsi prattikament kollox u kull ma’ għandu x’jaqsam max-xjenza.