KomduSkomdu

- This event has passed.

KomduSkomdu
Wara l-Budget 2022, David irid jiġbor l-informazzjoni għas-survey ‘Karta Paroli’. Dak hu xogħolhu; jistħarreġ fuq l-opinjoni tal-poplu eżatta, f’ordni perfetta, b’informazzjoni korretta, għall-ġid tal-binja tal-Ministeru, ta’ pajjiżu, u tiegħu. Beda mix-xejn u spiċċa … spiċċa … fejn Alla jridu!
Il-vjaġġ ta’ David jibda propju minn din it-tfittxija għall-informazzjoni, kontra l-ħin. Pero’, issa l-kuntest inbidel. Wara t-tħabbira tal-Budget 2022, il-pajjiz għaddej minn krizi, u David għaddej minn oħra. KomduSkomdu teħodna fi vjaġġ fejn ser nistaqsu jekk ir-regoli u l-parametri li ngħixu fihom, jagħmlux sens.
Komdu bil-paga dieħla. Skomdu s-siġġu li jpoġġi fuqu.
Direttur: Lee-N Abela
Attur: Miguel Formosa
Marketing: Moses Galea
ASM: Preston Carbonaro
Animazzjoni: Bradley Spiteri u Miguel Formosa
Set Design: Miguel Formosa u Lee-N Abela
Fotografija: Jean Paul Attard
Filming tal- Promo: Josue Formosa, Cain Spiteri, Jake Gialanze, Lee-N Abela
Bis-sehem ta’ Charlotte Formosa
Kollaboraturi: Aġenzija Żgħażagħ u Arts Council Malta – Artivisti Programme