KorMalta – Holy Week Concert

Loading Events
  • This event has passed.

KorMalta – Holy Week Concert

16 April 2025 @ 7:00 pm

Il-grupp KorMalta, taħt il-gwida ta’ Masahiro Taniguchi u flimkien ma’ Riccardo Bianchi bħala Direttur Artistiku, jippreżenta programm straordinarju li jgħaqqad flimkien it-tradizzjonijiet sagri u folkloristiċi minn madwar id-dinja. Il-kunċert jevoka l- ispiritwalità fost l-epoki u l-kulturi, u se jiftaħ bis-silta Otche Nash ta’ Mykola Leontovych u se jinkludi kapulavuri minn kompożituri bħal Monteverdi, Byrd, u Bruckner.

Is-serata tinkludi xogħlijiet kommoventi ħafna bħal ‘Even when He is Silent’ ta’ Kim Arnesen, id-‘De profundis’ evokattiva ta’ Gyöngyösi, u l-‘Ubi Caritas’ luminuża ta’ Duruflé. Din hija melodija tar-Randan, li hija tradizzjoni kemm Taljana kif ukoll Maltija u se tindaqq f’arranġament ta’ Patrick Quaggiato, tradotta għall-Malti’.

Il-vjaġġ mużikali se jiġi arrikkit bi tradizzjonijiet orjentali b’’Ayyuhas-Sa’imu’ u ‘Lao rahal soti’, bil-konklużjoni drammatika permezz ta’ ‘Tenebrae factae’ sunt ta’ Kristina Vasiliauskaite. Dan il-kunċert iwiegħed esperjenza intima u universali, li tiċċelebra l-konnessjoni profonda bejn il- mużika, il-fidi u l-umanità.

Tim kreattiv:

Direttur: Masahiro Taniguchi
Direttur Artistiku: Riccardo Bianchi

Albert Buttigieg (Mexxej tal-Vuċijiet)
Marouska Attard (Mexxejja tal-Vuċijiet)
Aldo Zammit
Cesar Jesus Herrera
Christian Tanti
Daniela Briffa
Gabrielle Attard DeBono
Helena May Micallef
Nicole Vassallo
Sofia Serafimoska

B’kollaborazzjoni ma’:

        

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr
Ċert
12+
Lingwa
n/a