Jazz Assemblea

Loading Events
  • This event has passed.

Jazz Assemblea

12 Settembru 2024 - 29 Ottubru 2024

Jazz Assemblea huwa sejħa biex ninġabru u niċċelebraw il-ġeneru tal-Jazz f’Malta, b’serje ta’ kunċerti live, esperjenza viżiva, workshops u film, bejn Settembru u Ottubru 2024 li qed tittella’ għall-ewwel darba fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta. Jazz Assemblea huwa proġett tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva, f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u Spazju Kreattiv, bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) u APS Bank.


Kwadretti Jazz

Merħba għal esperjenza viżiva li tfakkar ġenerazzjoni ta’ mużiċisti li għexu u ikkontribwew għall-bidu tal-Jazz f’Malta. Din l-ewwel ġabra se toħodna lura 90 sena, u tinkwadra l-istejjer ta’ wħud mill-artisti li ħallew marka bejn l-aħħar tat-tletinijiet sad-disgħinijiet. L-istorja ta’ din ix-xena mużikali, għalkemm kompliet tikber u tissaħħaħ matul is-snin, qatt s’issa ma ġiet rrakkuntata jew iddokumentata fit-totalità tagħha. Din il-wirja tiġbor flimkien materjal minn diversi sorsi b’kollaborazzjoni ta’ numru ta’ artisti u membri tal-komunità tal-Jazz. Żewġ sorsi importanti kienu albums maħruġa mill-Mro Dominic Galea ma’ Heritage Records Malta, fosthom ‘A Tribute to The Jazz Pioneers of Malta’ (2004) u l-arkivji viżivi ta’ Ġużè Camilleri, li tul l-aħħar 10 snin wettaq riċerka estensiva li bdiet tirrakkonta u tiddokumenta parti mill-istorja ta’ żvilupp ta’ din ix-xena fi xtutna.


Avvenimenti addizzjonali:
Film: Strait Street to Abbey Road


Il-Ħamis 10 ta’ Ottubru, 2024, 8.30pm

Valletta, is-snin bikrin ta’ Tony Carr kienu magħmulin mill-mużika. Gwidat minn mużiċisti jazz Afro Amerikani, Tony ifforma parti minn wieħed mill-ewwel triji tal-Jazz f’Malta. Imqanqal mill-passjoni għall-mużika, mar Londra, fejn eventwalment ingħaqad ma’ Billy Eckstine fuq tour Ewropew, u dan kien l-punt tat-tluq tiegħu. Matul is-sittinijiet, Tony sar wieħed mill-aqwa drummers ta’ John Cameron, u kkollabora ma’ leġġendi bħal Ella Fitzgerald u Paul McCartney. Minkejja l-kontribuzzjonijiet sinifikanti tiegħu, il-wirt ta’ Tony għadu sottovalutat f’Malta.

Dan id-dokumentarju jiċċelebra l-vjaġġ influwenti tiegħu fix-xena internazzjonali tal-jazz. Dokumentarju taħt id-direzzjoni ta’ Cedric Vella bbażat fuq il-bijografija ta’ Tony Carr miktuba minn Ġużè Camilleri. Appoġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Cert: 16

Ikklikkja hawn għall-biljetti


Kunċerti filgħaxija

Il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru

6pm (Studio B)

Dominic Galea fuq il-pjanu, Oliver DeGabriele fuq
id-double bass, Luke Briffa fuq it-tnabar, Carlo Muscat
fuq is-saxophone, Alex Bezzina fuq it-tromba, Nadine
Axisa fuq il-vokali.

7 PM (Studio B)

Adrian Galea fuq id-drums, Alan Portelli fuq il-baxx, Warren
Galea fuq il-kitarra, Mariele Zammit fuq il-vokali.

8 PM (Studio B)

Angela Vella Zarb fuq il-vuċi, Karl Galea fuq il-kitarra,
Manuel Pulis fuq it-tnabar, Diccon Cooper fuq il-baxx u
l-mistieden Adrian Brincat fuq it-tromba.

9pm Sfera (45min) (Studio B)

Paul Giordimaina fuq il-pjanu, Oliver DeGabriele fuq
il-kontrabaxx, Ġużè Camilleri fuq it-tnabar u l-mistieden
Miles Busuttil fuq il-kitarra.

Prezz: €12 / €10 konċessjonijiet – għas-serata kollha

Ikklikkja hawn għall-biljetti


Is-Sibt 12 ta’ Ottubru

12:30 PM Kunċert ta’ f’nofsinhar (Studio B)

Will Smith fuq it-tnabar, Carlo Muscat fuq
is-saxaphone, Joe Debono fuq il-pjanu, Oliver
DeGabriele fuq id-double bass.

Prezz: €5

Ikklikkja hawn għall-biljetti

6 PM (Studio B)

Joe Bibi Camilleri fuq it-tnabar, Paul Abela fuq
il-pjanu u Mario Aquilina fuq il-bass.

7 PM (Studio B)

Mario Aquilina fuq il-kontrabass, Noel
Grech fuq it-tnabar, Anthony Camilleri fuq
il-pjanu u Walter Vella fuq is-saxophone.

8 PM (Studio B)

Vinny Vella fuq il-pjanu, Joe Micallef fuq
it-tnabar, Anthony Saliba fuq il-baxx
u l-mistieden Philip Vella fuq il-perkussjoni
u l-kitarra

9pm Noir (Studio B)

Kris Spiteri fuq il-pjanu, Edward Ellul fuq il-baxx, Alex
Debono fuq id-Drums u mistednin Mario Borg fuq
is-saxophone u Angela Vella Zarb fuq il-vokali.

Prezz: €12 / €10 konċessjonijiet – għas-serata kollha

Ikklikkja hawn għall-biljetti


Il-Ħadd 13 ta’ Ottubru

5 PM – PANEL Diskussjoni – (1 siegħa) (Studio A)

Għażla ta’
mużiċisti parteċipanti ta’ Jazz Assemblea se jkunu qed jiddiskutu x-xogħol tagħhom.

6 PM (Studio B)

George Curmi l-Pusè fuq il-vjolin, Joseph
Curmi fuq it-tnabar, Diccon Cooper fuq il-
baxx, Yuri fuq l-accordion u l-mistieden Louise
Ellul Bonici fuq il-vokali.

7 PM (Studio B)

Lino Cauchi fuq il-pjanu, Joe Micallef fuq it-tnabar, Anthony Saliba fuq id-double bass u Mariele Zammit fuq il-vokali.

8 PM (Space B) – JAM SESSION

Dominic Galea fuq il-pjanu, Ġużè Camilleri fuq
it-tnabar, Anthony Saliba fuq id-double bass,
akkumpanjati minn mużiċisti li jixtiequ jingħaqdu magħna
għal sessjoni improvizzata.

Prezz: €12 / €10 konċessjonijiet – għas-serata kollha | €30 biljett blokk li jkopri dan t’hawn fuq.

Ikklikkja hawn għall-biljetti


Workshops

Is-Sibt 12 ta’ Ottubru, 9:30 AM – TON, ĦIN, TEKNIKA – Avviċinament Personali għall-Prattika Kreattiva ma’ Carlo Muscat (Studio A)

Dan il-workshop huwa bbażat fuq l-iżvilupp ta’ avviċinament personali għall-prattika tal-mużika improvizzata. Il-workshop jiffoka fuq it-tliet oqsma ewlenin tal-ħoss, tal-ħin, u tat-teknika, u huwa derivat mill-ktieb reċenti ta’ Muscat Tone, Time, Tactic. Huwa se jaqsam it-tattika li uża biex jifforma l-ħsejjes tiegħu, jitgħallem ċerti melodiji, u jifhem aspetti differenti tal-mużika. Muscat se jiddiskuti wkoll metodi biex wieħed itejjeb il-kontroll ġenerali u l-fluwidità fuq strumenti tan-nifs, li żviluppa mit-tagħlim tas-sassofonista JD Allen. Il-metodi huma wkoll applikabbli għal strumenti oħra għax huma essenzjali għat-taħriġ tal-widna.

Prezz: B’xejn iżda b’riservazzjoni tal-biljett

Ikklikkja hawn għall-biljetti

Is-Sibt 12 ta’ Ottubru, 10.30 AM – Little Big Band (Malta School of Music) (Studio B)

Iffurmata ġewwa l-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, School of Music, il-Little Big Band ilha attiva għal dawn l-aħħar tliet snin. Hija magħmula minn studenti li jkunu fl-ewwel snin tagħhom fl-iskola u li jkollhom interess speċjali fil-mużika stil big band. Il-band ilha tesegwixxi regolarment kemm f’kunċerti interni kif ukoll esterni, l-aktar għall-Malta Spring Festival u l-festival ToiToi f’postijiet bħall-Palazzo De La Salle u t-Teatru Manoel. Kienu anki ħadu sehem fil-festival DoReMi, li ġie organizzat mill-Malta Philarmonic Orchestra.Il-band hija mmexxija mit-tuturi Alex Bezzina u Philip Attard.

Prezz: B’xejn iżda b’riservazzjoni tal-biljett

Ikklikkja hawn għall-biljetti

Is-Sibt 12 ta’ Ottubru, 11.00 AM –  Workshop ta’ Drumming ma’ William Smith (Studio B)

Waqt dan il-workshop, William se jitkellem dwar metodi biex jiġi żviluppat u msaħħaħ il-ħoss, it-teknika u l-improvizzazzjoni fuq id-drums. Nibdew minn suġġetti elementari ħafna li jinkludu kif toqgħod bilqiegħda u torganizza l-istrument b’mod ergonomiku, għal kunċetti kemxejn aktar avvanzati bħal tipi differenti ta’ daqqiet li jiffaċilitaw il-moviment madwar id-drums, eżerċizzji ta’ koordinazzjoni u kif iżżomm mal-ħin, u kunċetti biex tiżviluppaw il-kreattività, il-ħiliet tal-improvizzazzjoni u l-vokabularju. Se jkun hemm ukoll lok għal mistoqsijiet mill-parteċipanti.

Prezz: B’xejn iżda b’riservazzjoni tal-biljett

Ikklikkja hawn għall-biljetti

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a