Kids Dig Science
![Loading Events](https://kreattivita.org/wp-content/plugins/the-events-calendar/src/resources/images/tribe-loading.gif)
- This event has passed.
Kids Dig Science
27 February 2016 @ 3:00 pm
€2 – €5![](https://i0.wp.com/kreattivita.org/wp-content/uploads/2015/10/Kyds-dig-Science.jpg?fit=985%2C555&ssl=1)
Pupazzi – Xjenza – Skoperti
Dati u Ħinijiet:
Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2016, 3.00PM
Is-Sibt 27 ta’ Frar 2016, 3.00PM
Is-Sibt 26 ta’ Marzu 2016, 3.00PM
Is-Sibt 30 ta’ April 2016, 3.00PM
Post: Studjow A, Mkien A (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Science in the City tippreżenta Kids Dig Science – sessjonijiet imħejjija għat-tfal minn seba’ snin ‘il fuq, fejn ikunu jistgħu jitgħalmu dwar ix-xjenza permezz tat-teatru.
Erba’ produzzjonijiet maħdumin bil-pupazzi ser jiġu mtella’, fejn kull prestazzjoni tiftaħ tieqa li tagħti għal fuq id-dinja meraviljuża tax-xjenza, filwaqt li tagħmel ix-xjenza suġġett ħafna aktar sempliċi u divertenti biex wieħed isegwi.
Wara kull produzzjoni, ser ikun hemm sessjoni interattiva, fejn it-tfal ikunu jistgħu jiġu f’kuntatt mill-qrib max-xjenza bl-użu tal-kapaċitajiet artistiċi tagħhom, sabiex jiskopru xi ħaġa dwar id-dinja li ngħixu fiha. Din is-sessjoni ser titwassal minn Angele Galea, li għandha ħafna esperjenza kemm bħala xjentista u bħala artista. L-idea hi, li t-tfal jifhmu kemm tassew hi importanti l-kreattività, kemm fix-xjenza kif ukoll fl-arti, u biex tqanqal fihom ċertu kurżità li tħallihom bil-għatx għal dak kollu li għandu x’jaqsam max-xjenza.