Limbo
- This event has passed.
Limbo
23 October 2016 @ 6:30 pm
Data:
Il-Ħamis 20 ta’ Ottubru 2016, 6.30PM
Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru 2016, 6.30PM
Post: Spazji Ċ1-Ċ4 (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Dħul huwa b’xejn iżda huwa meħtieġ li tirriżżerva biljett minħabba li l-postijiet huma limitati.
M’hemmx dubju li l-istorja tal-emigrazzjoni u tal-immigrazzjoni kompliet torbot u tgħaqqad id-dinja aktar u aktar – għalkemm jekk hux għall-aħjar jew le ma nistgħux ngħidu.Limbo huwa xogħol ġdid li jesplora l-kunċett tal-migrazzjoni minn perspettivi differenti. Il-proġett huwa mfassal fuq stil verbatim, ispirat minn numru ta’ intervisti li jirrakontaw l-istejjer ta’ nies minn madwar id-dinja kollha, nies li esperjenzaw xi forma jew oħra ta’ migrazzjoni tul ħajjithom.
Din il-prestazzoni tinkorpora wkoll dak li jissejjaħ it-teatru stil ‘promenade,’ filwaqt li tqanqal il-kreazzjoni ta’ xogħol mużikali u artistiku, kemm matul il-proċess kif ukoll waqt ix-xogħol finali nniffsu. Dan għalhekk, jirriżulta fi vjaġġ kontinwu li jġibna, bħala udjenza, wiċċ imb’wiċċ mal-mistoqsija: ‘Dar, x’inhi u fejn hi?’, filwaqt li twassalna għar-riflessjonita’ x’nifmhu tassew bil-kelma ‘integrazzjoni’.
Dan il-proġett huwa mtella’ bl-appoġġ Tal-Premju tal-President għall-Kreattività.
Ħajr għar-ritratt: Baskal Mallia