
- This event has passed.
Loro
18 May 2019 - 9 June 2019
€6 – €7
Dati u Ħin:
Is-Sibt, 18 ta’ Mejju, 2019, 5.30pm
Il-Ħadd, 19 ta’ Mejju, 2019, 8pm
L-Erbgħa, 29 ta’ Mejju, 2019, 7.30pm
Is-Sibt, 1 ta’ Ġunju, 2019, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju, 2019, 7.30pm
Il-Ħadd, 9 ta’ Ġunju, 2019, 8pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)
Id-direttur ta’ fama internazzjonali Paolo Sorrentino (Youth, The Great Beauty) u l-kollaboratur regolari tiegħu, Toni Servillo (Il Divo, The Great Beauty), jerġgħu jingħaqdu biex flimkien jesponu l-ħajja privata skandaluża ta’ wieħed mill-iżjed politikanti infami fl-istorja tal-Italja. Dan il-‘biopic’ huwa eżempju rari fil-ġeneru, xogħol mhux awtoriżżat b’ton niggieżi li jinkludi element qawwi ta’ satira.
Sergio huwa negozjant qarrieqi li jirnexxielu jxaħħam lill-politiċi u l-awtoritajiet lokali permezz ta’ grupp ta’ escorts żgħażagħ. Biex jikseb aktar influwenza fid-dinja tal-politika, huwa jdawwar l-attenzjoni tiegħu lejn is-soċjetà ta’ raġel li huwa magħruf għall-edoniżmu u l-korruzzjoni — il-Prim Ministru tal-Italja, Silvio Berlusconi.