LUX Audience Award Screenings 2025

LUX Audience Award Screenings 2025
Il-Premju LUX tal-Udjenza jixhed l-impenn tal-Parlament Ewropew lejn il-kultura. L-inizjattiva tippromwovi d-diversità kulturali u tipprovdi appoġġ tanġibbli liċ-ċinema u lill-arti Ewropej.
Il-ħames films finalisti huma sottotitolati bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u l-Parlament Ewropew jorganizza wiri bla ħlas fis-27 Stat Membru tal-UE, inkluż f’Malta. F’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta u Spazju Kreattiv qed juru l-ħames films f’Għawdex matul ix-xhur ta’ Marzu u April 2025.
Ikklassifika l-films sa April 2025 u titlifx l-opportunità li tirbaħ firxa ta’ premji eċċitanti, fosthom vjaġġ għall-Parlament Ewropew biex tattendi għaċ-Ċerimonja tal-Premju LUX f’April 2025 u titlaqa’ mad-diretturi u l-ekwipaġġ tal-films nominati.
Intercepted
Intercepted huwa tentattiv biex tinstab tweġiba billi jintwerew żewġ dinjiet paralleli. Il-kamera tirrekordja immaġnijiet ta’ qerda f’filmati bil-mod, li fihom naraw villaġġi, bliet, djar u awtostradi Ukreni wara l-liberazzjoni tagħhom mill-okkupazzjoni Russa. Nisimgħu r-reġistrazzjonijiet ta’ konverżazzjonijiet bit-telefown interċettati fl-2022 mis-Servizz Sigriet Ukren bejn suldati Russi fi trunċieri fl-Ukrajna u l-familji tagħhom.
Data u ħin: It-Tlieta, 18 ta’ Marzu 2025, 7.30pm
Tul: 95 minuta
Ċertifikazzjoni: 12
Animal
Taħt ix-xemx tikwi Griega, l-animaturi f’kumpless turistiku b’kollox inkluż fuq gżira jħejju għall-istaġun turistiku impenjattiv. Kalia hija l-kap tal-grupp. Dekorazzjonijiet bil-karti, kostumi jleqqu u wirjiet ta’ żfin jimlew il-palk. Hekk kif is-sajf jintensifika u l-pressjoni tax-xogħol tiżdied, l-iljieli tagħhom isiru vjolenti u t-taħbit ta’ Kalia jinkixef fid-dlamijiet. Iżda meta jerġgħu jinxtegħlu d-dwal, il-wirja trid titkompla.
Data u ħin: L-Erbgħa, 26 ta’ Marzu 2025, 7.30pm
Tul: 116 min
Ċertifikazzjoni: 15
Dahomey
Novembru 2021. 26 teżor irjali tar-Renju ta’ Dahomey se jitilqu minn Pariġi biex jiġu rritornati għall-pajjiż tal-oriġini tagħhom, ir-Repubblika ta’ Benin tal-lum. Flimkien ma’ eluf oħrajn, dawn l-oġġetti nsterqu minn truppi kolonjali Franċiżi fl-1892. Iżda x’attitudni għandha tittieħed fir-rigward tar-ritorn tagħhom f’pajjiż li kellu jimxi ’l quddiem fl-assenza tagħhom? Id-dibattitu huwa qalil fost l-istudenti fl-Università ta’ Abomey-Calavi.
Data u ħin: Il-Ħamis, 3 ta’ April 2025, 7.30pm
Tul: 67 minuta
Ċertifikazzjoni: 12
Julie Keeps Quiet
Bħala l-plejer stilla f’akkademja tat-tennis prestiġjuża, ħajjet Julie ddur mal-logħba li tant tħobb. Meta l-kowċ tagħha jispiċċa taħt investigazzjoni u jiġi sospiż f’daqqa waħda, il-plejers kollha tal-klabb jiġihom il-kuraġġ biex isemmgħu leħinhom. Iżda Julie tiddeċiedi li tibqa’ siekta…
Data u ħin: Il-Ħamis, 10 ta’ April 2025, 7.30pm
Tul: 100 minuta
Ċertifikazzjoni: 12A
Flow
Id-dinja tidher li waslet fi tmiemha, miżgħuda bi traċċi ta’ preżenza umana. Il-qattus huwa annimal solitarju, iżda hekk kif daru tiġġarraf minn għargħar kbir, hu jsib rifuġju fuq dgħajsa popolata minn diversi speċi, u jkollu jingħaqad magħhom minkejja d-differenzi ta’ bejniethom. Fid-dgħajsa solitarja tivvjaġġa f’xenarji mistiċi nofshom mgħarrqa, huma jinnavigaw l-isfidi u l-perikli biex jadattaw għal din id-dinja ġdida.
Data u ħin: Is-Sibt, 26 ta’ April 2025, 2.30pm
Tul: 85 minuta
Ċertifikazzjoni: PG
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post