LUX Audience Awards Screenings 2023
- This event has passed.
LUX Audience Awards Screenings 2023
One event on 9 Mejju 2023 at 7:30 pm
One event on 16 Mejju 2023 at 7:30 pm
One event on 24 Mejju 2023 at 7:30 pm
One event on 31 Mejju 2023 at 7:30 pm
Data u Ħin
L-Erbgħa 3 ta’ Mejju 2023 fis-19:30 – Alcarràs
It-Tlieta 9 ta’ Mejju 2023 fis-19:30 – Burning Days
It-Tlieta 16 ta’ Mejju 2023 fis-19:30 – Close
L-Erbgħa 24 ta’ Mejju 2023 fis-19:30 – Triangle of Sadness
L-Erbgħa 31 ta’ Mejju 2023 fis-19:30 – Will-o’-the-Wisp
LUX – Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza (fil-qosor: Premju LUX tal-Udjenza)”, organizzat mill-Parlament Ewropew u l-European Film Academy, jixhed l-impenn tal-Parlament Ewropew lejn il-kultura. L-inizjattiva tippromwovi d-diversità kulturali u tipprovdi appoġġ tanġibbli liċ-ċinema u lill-arti Ewropej. L-inizjattiva tagħti aktar viżibbiltà lill-films nominati u tgħinhom imorru lil hinn mill-fruntieri u jilħqu udjenza usa’. Dan jippermetti lill-udjenzi minn madwar l-Unjoni Ewropea, u lil hinn minnha, jaraw films li kieku ma kinux jintwerew f’pajjiżhom.
Il-films nominati huma sottotitolati bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u l-Parlament Ewropew jorganizza wiri bla ħlas madwar is-27 Stat Membru tal-UE kollha matul il-perjodu “Ara, Ikklassifika u Irbaħ”, mill-11 ta’ Diċembru 2022 sat-12 ta’ Ġunju 2023. Ladarba tara l-film, tinsiex tikklassifikah fuq il-Pjattaforma ta’ Klassifikazzjoni LUX Meta tikklasifika l-films se tidħol f’kompetizzjoni biex tirbaħ wieħed mill-premijiet kbar offerti, fosthom opportunità minn għaxra li tattendi għaċ-ċerimonja tal-Premju LUX fil-Parlament Ewropew fi Strażburgu u tiltaqa’ mad-diretturi tal-films nominati.
Barra minn hekk, il-film li jirbaħ il-Premju LUX tal-Udjenza se jiġi adattat għal udjenzi bi problemi tal-vista u tas-smigħ.
‘Alcarràs’
Direzzjoni ta’ Carla Simón | Spanja, L-Italja | 120 minuta
Il-membri tal-familja Solé jiftakruhom minn dejjem iqattgħu s-sajf jaqtgħu l-ħawħ fil-ġnien tas-siġar tal-frott tagħhom f’Alcarràs, villaġġ żgħir fir-reġjun tal-Katalonja fi Spanja. Iżda l-għelejjel ta’ din is-sena jaf ikunu tal-aħħar, billi l-familja qed tħabbat wiċċha ma’ żgumbrament. Il-pjanijiet il-ġodda għall-art, li jinkludu li jitqaċċtu s-siġar tal-ħawħ u li jiġu installati pannelli solari, joħolqu firda f’din il-familja kbira u magħquda. Għall-ewwel darba, huma jiffaċċjaw futur inċert u jirriskjaw li jitilfu aktar mill-ġnien tal-frott tagħhom.
Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti
‘Burning Days’
Direzzjoni ta’ Emin Alper | It-Turkija, Franza, Il-Ġermanja, L-Olanda, Il-Greċja, Il-Kroazja | 130 minuta
Emre, prosekutur żagħżugħ u ddedikat, għadu kif ġie assenjat f’belt żgħira milquta minn kriżi tal-ilma u skandli politiċi. Wara l-merħba inizjali, huwa jesperjenza interazzjoni wara oħra ta’ tensjoni u kontra r-rieda tiegħu, jiddaħħal fil-politika lokali. Meta tinbet rabta bejn Emre u sid il-gazzetta lokali, tiżdied il-pressjoni qalb ħafna għajdut kbir.
Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti
‘Close’
Direzzjoni ta’ Lucas Dhont | Il-Belġju, Franza, L-Olanda| 104 minuta
Il-ħbiberija intensa bejn Leo u Remi, żewġ subien ta’ 13-il sena, f’daqqa waħda titħarbat. Hu u jipprova jifhem x’ġara, Leo javviċina lil Sophie, omm Remi. Close huwa film dwar il-ħbiberija u r-responsabbiltà.
Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti
‘Triangle of Sadness’
Direzzjoni ta’ Ruben Östlund | L-Iżvezja, Il-Ġermanja, Franza, Ir-Renju Unit| 142 minuta
Satira bla riżervi, li fiha, ir-rwoli u l-klassi jinqalbu ta’ taħt fuq u jinkixef il-valur ekonomiku baxx u pretenzjuż tas-sbuħija. Il-mudelli Carl u Yaya qed jinnavigaw id-dinja tal-moda filwaqt li jesploraw il-konfini tar-relazzjoni tagħhom. Il-koppja hija mistiedna fuq cruise lussuż b’sinjuruni kbar abbord, oligarka Russu, negozjanti tal-armi Brittaniċi u kaptan alkoħoliku partikolari, li jħobb jikkwota lil Marx. Għall-ewwel, kollox jidher Instagrammabbli. Iżda ġejja maltempata, u matul l-ikla tal-kaptan fejn jiġu servuti seba’ platti, il-baħar idardar lill-passiġġieri bil-kbir. Il-cruise jispiċċa b’mod katastrofiku. Carl u Yaya jsibu ruħhom fuq gżira abbandunata ma’ grupp ta’ biljunarji u waħda mill-persuni li xogħolhom hu li jnaddfu l-vapur. F’salt wieħed, il-ġerarkija tinqaleb ta’ taħt fuq, peress li l-mara li tnaddaf hija l-unika waħda li taf tistad.
Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti
‘Will-o’-the-Wisp’
Direzzjoni ta’ João Pedro Rodrigues | Portugall, Franza | 67 minuta
Fuq is-sodda tal-mewt tiegħu, il-maestà tiegħu Alfredo, re bla kuruna, jittieħed lura għall-memorji mbiegħda taż-żgħożija u ż-żmien meta ħolom li jsir pumpier. Il-laqgħa tiegħu mal-għalliem Afonso mill-brigata tat-tifi tan-nar tiftaħ kapitlu ġdid f’ħajjet iż-żewġ ġuvintur mgħaddsa fl-imħabba u x-xewqa, u r-rieda li jibdlu l-istatus quo.
Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Biljetti