Malta Café Scientifique – Artificial Intelligence Among us


Malta Café Scientifique – Artificial Intelligence Among us
L’Intelligenza Artificjali (AI) qed issir parti integrali minn ħajjitna u ma nistgħux ma nistqgħu mistoqsijiet etiċi dwar privatezza, trasparenza, responsabilità u prejudizzju. X’effett qed tħalli l-AI fuq is-soċjetà moderna?
Ingħaqdu ma’ Dr. Vanessa Camilleri, li hi Senior Lecturer fid-Dipartiment tal-Inteligenza Artificjali fil-Fakultà tal-ICT fl-Università ta’ Malta, fis-6 ta’ Frar, fis-7.00pm, Studjo B, Spazju Kreattiv il-Belt Valletta, ospitat minn Malta Cafe’ Scientifique.
Dr. Vanessa Camilleri qed tagħmel riċerka dwar l-implikazzjonijiet tal-uzu tal-AI fuq ħajjitna illum, u kif għandna nindirizzaw sfidi etiċi li ser jaffettwawna fil-futur. F’din id-diskussjoni, ser naraw l-impatt fuq is-soċjetà li jkollu l-AI, x’deċiżjonijiet informati għandhom jittieħdu u x’proċeduri u regoli għandhom ikunu hemm bejn l-umanità u t-teknoloġija biex jimxu aħjar flimkien.
Tim Kreattiv
Maniġer tal-proġett: Danielle Farrugia u Valentina Delconte
Organizzatur: Valentina Delconte
Disinjatur: Valentina Delconte u Hope Abdelkhalik
PR: Valentina Delconte, Moritz Goretzki, Andrea Francesca Bellia u Anna Duca
Informazzjoni fuq il-Biljetti