Malta Cafe Scientifique – Deep Abyss

- This event has passed.
Malta Cafe Scientifique – Deep Abyss
7 October 2015 @ 7:30 pm

Depożiti – l-Oċejan – Skoperti
Data u ħin: L-Erbgħa 7 ta’ Ottubru 2015, 7.30PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Minkejja li għandna inqas tagħrif dwar il-ġeoloġija ta’ qiegħ il-baħar minn ċertu pjaneti oħra fis-sistema solari, il-qiegħ tal-oċean jospita pajsaġġi spettakolari, kumplessi, u xi drabi anke kolossali. U dan huwa partikolarment minnu ’l barra minn xtut il-Gżejjer Maltin.
Din il-diskussjoni, li ħa tiftaħ is-serje ta’ dan l-istaġun tal-preżentazzjonijiet ta’ Cafe’ Scientifique, ħa tieħu l-udjenza fuq vjaġġ uniku mill-kosta ’l isfel lejn l-abbiss fond. Il-vjaġġ jibda b’introduzzjoni tat-teknoloġiji avvanzati li jintużaw biex jesploraw l-oċeani tagħna. Wara se terġa’ ssir żjara lill-ġeoloġija marittima li ġew skoperti barra mix-xtut tal-Gżejjer Maltin waqt espedizzjonijiet reċenti – inklużi għerien li jinsabu taħt il-baħar, irdum għoli, pajsaġġi tal-fossili, valangi tat-tajn, fosos fondi u depożiti ta’ mega-tsunami antik. Fl-aħħar, il-vjaġġ se jispiċċa bi spjegazzjoni tas-sinifikat ta’ dawn l-iskoperti għall-ambjent, għas-soċjetà u għall-ekonomija.
Malta Cafe Scientifique – Deep Abyss qegħed jiġi miġjub minn Marie Curie Actions