Malta Café Scientifique – Mind the Gap!
- This event has passed.
Malta Café Scientifique – Mind the Gap!
Nistgħu nimlew il-vojt kollu tal-moħħ tagħna? Imbarka f’eżerċizzju ta’ mapping mentali u erġa’ aħseb kif moħħna jgħaqqad u jiffunzjona bl-użu ta’ teknoloġija avvanzata. Ingħaqad ma’ Dr Claude Bajada mill-BOB Lab tal-Università ta’ Malta fid-9 ta’ April, 2024, fis-7pm ospitat mill-Malta Café Scientifique fi Studio B fi Spazju Kreattiv.Dr Bajada se jippreżenta l-“Vogt-Bailey Toolbox”, softwer għall-immappjar tal-moħħ li jikkwantifika l-“blurriness” tal-konfini fis-saff ta’ barra tat-tessut newrali, magħruf bħala kortiċi ċerebrali. Skopri l-implikazzjonijiet wiesgħa għall-avvanz tar-riċerka tal-moħħ b’applikazzjonijiet sinifikanti għad-dijanjosi tas-saħħa mentali u soluzzjonijiet pronjostiċi.
Il-Malta Café Scientifique tirringrazzja lill-proġett STEAM, lil Spazju Kreattiv talli ospita dan l-avveniment, l-Università ta’ Malta, u l-Malta Chamber of Scientists (li l-Cafè tifforma parti minnha).
Tim Kreattiv
Maniġer tal-proġett: Danielle Farrugia u Valentina Delconte
Organizzatur: Valentina Delconte
Disinjatur: Valentina Delconte u Hope Abdelkhalik
PR: Valentina Delconte, Moritz Goretzki, Andrea Francesca Bellia u Anna Duca
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post