Malta Cafe Scientifique – Pollution: In and Out

- This event has passed.

Malta Cafe Scientifique – Pollution: In and Out
Data u ħin
L-Erbgħa 6 ta’ Ottubru 2021, 7pm
It-tniġġis tal-arja huwa wieħed mill-kwistjonijiet ewlenin li jħalli impatt fuq is-saħħa u s-sistema respiratorja tagħna.
Mhux it-tniġġis ta’ barra biss jaffettwa saħħitna, iżda wkoll it tniġġis ta’ ġewwa jekk kif inqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ħhin tagħna f’ ambjent magħluq. Huwa importanti allura li nifhmu l-kimika ta’ ambjent kemm ta’ barra kif ukoll ta’ ġewwa, u nqabblu l-kwalita’ tal-arja fit-tnejn biex inkunu nafu liema minnhom għandha riskju ogħla fuq saħħitna.
Dan it-tqabbil jgħin lix-xjentisti jifhmu s-sors tat-tniġġis tal-arja. Huwa mill-ambjent ta’ barra jew minn ġewwa djarna? L-ambjent ta’ barra jinfluwenza l-livelli ta’ tniġġis tal-ambjent ta’ ġewwa? Hemm differenza fil-kimika atmosferika bejn iż-żewġ ambjenti, u liema minnhom għandhom impatt agħar fuq saħħitna? Hemm minnhom li għandhom inqas impatt negattiv?
Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.
Tim Kreattiv
Maniġer tal-proġett: Danielle Martine Farrugia
Organizzatur: Andrea Francesca Bellia
Disinjatur tal-Poster: Ian Farrugia
PR: Elliot Jaffe, Heba El Wassef, Martina Grech
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post