Malta Café Scientifique – The Science Behind a Cybermind
- This event has passed.
Malta Café Scientifique – The Science Behind a Cybermind
14 Marzu 2024 @ 7:00 pm
Qatt ħsibt x’inhu l-kontroll ta’ oġġetti bil-qawwa ta’ moħħok? Permezz ta’ avvanzi mgħaġġla fil-‘Brain-Computer Interfaces’ (BCI), din il-fantaxjenza qed tinbidel f’realtà hekk kif xjenzati bħal Dr. Natasha Padfield miċ-Ċentru għaċ-Ċibernetika Bijomedika fl-Università ta’ Malta qed jimbuttaw il-konfini tat-teknoloġija.
Fil-preżentazzjoni tagħha, Dr. Padfield mhux biss se titkellem dwar l-applikazzjonijiet varji tal-BCIs u tispjega t-tipi differenti ta ‘apparat li diġà ġew ikkontrollati b’suċċess, iżda se tkompli tiddiskuti l-isfidi li r-riċerkaturi qed jiffaċċjaw. Xi wħud minn dawn il-kwistjonijiet huma d-dekodifikazzjoni tal-intenzjonijiet ta’ persuna mis-sinjali kumplessi rreġistrati u it-tħassib li joħroġ minħabba li dan il-qasam qed jikber kummerċjalment u jsir aktar mifrux.
Tim Kreattiv
Maniġer tal-proġett: Danielle Farrugia u Valentina Delconte
Organizzatur: Valentina Delconte
Disinjatur: Valentina Delconte u Hope Abdelkhalik
PR: Valentina Delconte, Moritz Goretzki, Andrea Francesca Bellia u Anna Duca
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
Free of charge, booking required
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Informazzjoni fuq il-Post