Malta – Tunis – Marseille
- This event has passed.
Malta – Tunis – Marseille
Malta-Tunis-Marseille hija bbażata fuq storja reali, u tesplora vjaġġ migratorju kumpless ta’ familja Maltija li beda seklu ilu, bil-punt tat-tluq tiegħu jkun it-tfittxija għal ħajja aħjar.
Hija esebizzjoni fuq it-tfittxija għal għajxien fi spazju li fih tista’ tħossok inti, imma li minħabba raġunijiet esterni titkeċċa minnu. Waqt li tirrifletti l-istorja ta’ ħafna migranti, l-esebizzjoni tpoġġi l-mistoqsija: Fejn tista tista’ ssib kenn meta pajjiżek nattiv mhux jaċċettak lura?
Malta-Tunis-Marseille hija mifruxa mal-baħar Mediterran u l-ħafna mogħdijiet migratorji tiegħu. Hija esebizzjoni li tassorbik u tikkonsisti f’ritratti, videos, installazjonijiet ta’ audio, u dokumenti mill-arkivji.
Artista
Katel Delia
Kuratur
Prof. Raphael Vella
Se jiġu organizzati numru ta’ tours ma’ l-artista Katel Delia fejn il-viżitaturi jistgħu jduru l-wirja biex jitgħallmu aktar dwar il-proċess tal-ħsieb tagħha wara din il-wirja. Kull min hu interessat ikollu jibbukkja billi jimla l-formola fid-data preferuta tiegħek:
Il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru 2021, fil-4:45pm (dan it-tour ser ikun bil-Franċiż)
Is-Sibt 25 ta’ Settembru 2021, fit-8pm
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Ottubru fis-7pm
Is-Sibt 23 ta’ Ottubru fil-5:30pm
Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Migratory and Identitary Narratives│Malta – Tunis – Marseilles L-Erbgħa 29 ta’ Settemrbu 2021, 7pm | Studio B Dr Karsten Xuereb jitkellem ma’ Mohamed Ali Agrebi, Prof Vicki Ann Cremona u Darrin Zammit Lupi dwar ix-xogħol sensorjali u l-impressjonijiet riflessivi li jiġu minn laqgħat ma’ narrattivi migratorji u identitarji maħduma mill-artist Katel Delia u l-kuratur Prof Raphael Vella biex jerġgħu joħolqu l-ivvjaġġar, il-memorji u l-immaġinazzjoni ta’ erba’ ġenerazzjonijiet li qasmu l-Mediterran fit-territorju Tuneżin, Malti u Franċiż.