MalTease

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

MalTease

4 November 2016 - 6 November 2016

€10 – €15

“Tfajliet tal-burlesk kienu bħall-xjentisti fi tfittxija tagħhom għall-ħajja eterna. Kienu artisti b’sustanza tal-ħadid, li kienu lesti jużaw il-kċina biex jippreparaw ruħhom għall-ispettaklu. Kienu lesti li jqandlu u jkaxkru l-affarijiet tagħhom minn ġol-borra; u kienu lesti jiddejnu għal-bċejjeċ foloz tad-djamanti…u dan kollu għal ħames minuti fuq il-palk.”
Molly Crabapple (VICE, editriċi)

Data u ħin:
Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2016, 8.00PM
Is-Sibt 5 ta’ Novembru 2016, 8.00PM
Il-Ħadd 6 ta’ Novembru 2016, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

MalTease huwa proġett li jittratta l-arti tal-burlesk, u li huwa ispirat mill-atmosfera allegruża ta’ waħda mill-arterji prinċpali tal-Belt Valletta fejn jidħol id-divertiment – Strada Stretta. Dan l-ispettaklu huwa mfassal fuq sensiela ta’ interpretazzjonijiet minn artisti lokali u barranin li, b’xi mod jew ieħor, huma marbutin mal-ispirtu ta’ din it-triq magħrufa. 

F’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, Undine LaVerve twasslilna id-diversità u l-versatilità tal-arti tal-burlesk permezz tal-iżfin kif wkoll permezz tal-kummiedja, metodi multi-dixxiplinarji, l-element tax-xokk, impertinenza, żufjett u ħafna aktar. Artisti Maltin ser jingħaqdu wkoll ma’ artisti ġejjin minn Londra, Amsterdam, Pariġi, Vienna, Helsinki u anke Stockholm!

Għalhekk din is-serata għandha tkun waħda li tiġbdek f’dinja oħra – dik tal-cabaret, ta’ mużika li tqanqal, ta’ passjoni emottiva, u memorji taż-żminijiet bikrin mgħaddsin fl-atmosfera vibranti tal-Belt Valletta.

 

Dettalji

Bidu:
4 November 2016
Tmiem:
6 November 2016
Prezz:
€10 – €15
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=MalTease

Venue

Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 120 min
Cert 18+
Language Ingliż
Creative Team Undine LaVerve
With the participation of Fifi Gfrast, Joe Depasquale, Gwilym Bugeja, Henk Wolswijk