MalTease – The Queerlesque Edition

- This event has passed.
MalTease – The Queerlesque Edition
One event on 9 Settembru 2023 at 7:00 pm
One event on 10 Settembru 2023 at 7:00 pm
Data u Ħin:
Il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru fit-8pm
Is-Sibt 9 ta’ Settembru fit-8pm
Il-Ħadd 10 ta’ Settembru fis-7pm
MalTease – il-proġett tal-Varjetajiet u l-Burlesk huwa kburi li jlaqqa’ l-aktar atti burlesk divertenti, ta’ spirazzjoni u anke xokkanti biex jiċċelebraw il-Malta EuroPride!
Se neħduha għal-livell li jmiss b’kast queer biex niċċelebraw is-sbuħija, id-diversità, il-kreattività u t-tisħiħ tal-arti b’mod divertenti! Ingħaqad magħna għal mixja minn Strada Stetta hekk kif inpinġuha bil-qawsalla. Undine LaVerve u Spazju Kreattiv, b’kollaborazzjoni mal-EuroPride huma impenjati bħal dejjem biex ikomplu juru diversità u versatilità tal-arti tal-Burlesque li ma jinvolvix biss żfin iżda wkoll dinja ta’ satira, ċajt goff, divertiment liema bħalu u rix. Aħna determinati li nagħtu palk lil artisti ta’ kull tip ta’ ġisem, ta’ kulur, LGBTIQA+ u ta’ kull sess! Dan l-ispettaklu aktar minn qatt qabel se jlaqqa’ kast inkredibbli ta’ artisti mill-Istati Uniti għall-Polonja sas-Sirja u aktar, li jippermettilhom jesprimu l-Kburija tagħhom bħala parti mill-EuroPride 2023 ta’ Malta.
Tim Kreattiv:
Produttur, Organizzatur, Direttur Artistiku u Artist – Undine LaVerve
Stage manager – Anne Christina van Rij
MC – Raphael Pace
Artisti tal-burlesk u tal-varjetajiet:
Chocolate Showboy (USA/France)
Evilyn Frantic (Finland/Germany)
John Celestus (UK/Greece)
Little Peaches (Australia/UK)
Lou Safire (UK)
Madame Meduse (Poland)
The Darvish (Syria/Germany)
Dan l-avveniment se jiġi ffilmjat u fotografat.
Il-proġett jifforma parti mill-programm EuroPride 2023.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali