MCAST ICA Festival 2024

MCAST ICA Festival 2024
Wirja annwali li tiffoka fuq l-istudenti emerġenti tal-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST. It-tmien edizzjoni tal-Festiva tal-ICA tal-MCAST tiċċelebra l-kisbiet kreattivi ta’ studenti b’talent ta’ ħdax-il kors ta’ Baċellerat fl-Arti (Unuri) fl-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta. L-oqsma koperti huma l-Produzzjoni tal-Midja Kreattiva, il-Moda, il-Belle Arti, l-Arti tal-Logħob u d-Disinn Viżiv, id-Disinn Grafiku, u l-Midja Interattiva, flimkien mal-Ġurnaliżmu, l-Arti tal-Ispettaklu, il-Fotografija, id-Disinn tal-Prodott u Spazjali.
Il-festival joffri pjattaforma siewja għal dawn l-istudenti biex juru x-xogħol iebes u t-talenti individwali tagħhom, b’mod partikolari dawk marbuta direttament mal-proġetti tad-dissertazzjoni rispettivi tagħhom, filwaqt li jiksbu esponiment fost il-partijiet interessati fl-industrija kreattiva u l-komunità lokali tal-arti u d-disinn. Hija wkoll opportunità għall-persuni kreattivi prospettivi biex jiddeterminaw l-oqsma tal-istudji li jixtiequ jsegwu, u għal min iħaddem biex jidentifika rekluti potenzjali skont is-settur.
Kollaboratur:
MCAST Institute of Creative Arts
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post