MCAST ICA Festival 2022

Loading Events
  • This event has passed.

MCAST ICA Festival 2022

7 Lulju 2022 - 31 Lulju 2022

L-MCAST ICA Festival twaqqaf tliet snin ilu bħala kunċett innovattiv għall-esebizzjoni annwali fi ħdan l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST.

L-għan ewlieni dan il-festival huwa li jissaħħaħ l-għarfien u jinħoloq avveniment li jqanqal u joħloq stennija b’rabta mal-MCAST għas-snin li ġejjin. Dan seħħ għaliex kien hemm lok għal emanċipazzjoni;  minn sempliċi esebizzjoni għal avveniment festiv li jiċċelebra l-Arti Kreattiva.

Dan il-festival artistiku ser ikun qed jaħdem favur l-għaqda bejn l-Istitut tal-Arti Kreattiva ġewwa l-MCAST u l-bqija tal-komunità. Għaldaqstant, ser jirriżulta fi ftehim aħjar dwar dak li aħna u dwar dak li nagħmlu. Dan l-avveniment ser jiċċelebra l-kreattività u ser iservi bħala pjattaforma biex juri x-xogħol impenjattiv tal-istudenti f’kollaborazzjoni mal-industrija.


Out of the System: Triple Bill

Lingwa: Ingliż u Malti
Ċert: 15+
Tul: 1hr 50min
Data u ħin:
Il-Ġimgħa 8 u s-Sibt 9 ta’ Lulju 2022 fit-8pm
Il-Ħadd 10 ta’ Lulju 2022 fis-7pm

‘Out of the System’ tippreżenta tlett rappreżentazzjonijiet mtella’ mill-istudenti tal-arti performattiva mill-MCAST ICA li ser jiggradwaw din is-sena.

‘Electric Dream’ tirrifletti fuq iċ-ċinematografija tal-film Blade Runner permezz ta’ żfin u l-użu ta’ dawl varjat (din il-prestazzjoni ser issir biss il-Ġimgħa 8 u l-Ħadd 10 ta’ Lulju).
‘Giulietta’ hi interpretazzjoni feminista tad-dramm klassiku ta’ Romeo u Ġulliet mill-pinna ta’ Shakespeare. Il-prestazzjoni tqajjem mistoqsijiet bħal ‘Kif taġixxi Guilietta fid-dinja moderna tal-lum? Kif tisseduċih lil Romeo u x’tagħmel biex tiġbed l-attenzjoni tal-udjenza?’
‘5T1NG’, tesplora t-tema ta’ stimolu żejjed minn lenti espressjonista. Tabiba li tirreferi għaliha nnifsha bħala g.0.d tħejji simulazzjoni b’tliet nisa. g.0.d tipprovdihom bi sfidi u b’sentenza tal-mewt imposta fuqhom, n-nisa jibdew jistaqsu fejn huma, lil min jistgħu jafdaw, u x’għandhom ħażin.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Spazju Ċ, Spazju B, Spazju A, Atriju u Teatru

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a

 

Avvenimenti

Il-Ġimgħa 7 ta’ Lulju
B.A. (Hons) in Fine Art – Meet & Greet (Spazji C3 and C4) | 8pm
B.A. (Hons) in Spatial Design and B.A. (Hons) in Product Design – Student Awards and Meet & Greet (Spazju A) | 8:30pm



Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju
B.A. (Hons) in Interactive media and B.A. (Hons) in Game Art and Visual Design – Meet & Greet (Atrium Approach and Upper Atrium) | 6pm
B.A. (Hons) in Graphic Design – Meet & Greet (Spazju C1) | 6pm
B.A. (Hons) in Photography – Taħdita mal-Artisti (Spazju C2) | 6pm
B.A. (Hons) in Creative Media Production – Screenings (Cinema) | 6pm



Is-Sibt 9 ta’ Lulju
B.A. (Hons) in Fashion Design – Fashion Show – 7pm – Castille Square