MCAST ICA Festival 2025

Loading Events

MCAST ICA Festival 2025

3 Lulju 2025 - 7 Settembru 2025

Din l-esebizzjoni hija vetrina annwali li tipromwovi studenti emerġenti tal-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST.

Id-9 edizzjoni tal-MCAST ICA Festival tiċċelebra l-kisbiet kreattivi ta’ studenti b’talent minn ħdax-il kors tal-Baċċellerati tal-Arti (Unuri) fl-Istitut tal-MCAST għall-Arti Kreattiva fil-Mosta. L-oqsma koperti jinkludu l-Konservazzjoni, l-Produzzjoni tal-Midja Kreattiva, l-Moda, Fine Art, l-Arti tal-Logħob u d-Disinn Viżwali, d-Disinn Grafiku, l-Midja Diġitali Interattiva, l-Ġurnaliżmu, l-Arti tal-Ispettaklu, l-Fotografija, u d-Disinn tal-Prodott u Spazjali.

Il-festival joffri pjattaforma siewja għal dawn l-istudenti biex juru x-xogħol u t-talenti individwali tagħhom, partikolarment dawk marbuta direttament mal-proġetti tad-dissertazzjoni rispettivi tagħhom. Jipprovdi espożizzjoni fost il-partijiet interessati fl-industriji kreattivi u tal-wirt nazzjonli kif ukoll fost il-komunitajiet lokali tal-konservazzjoni, l-arti u d-disinn. Hija wkoll opportunità għall-kandidati prospettivi biex jiddeterminaw l-oqsma ta’ studju li jixtiequ jsegwu kif ukoll għal min iħaddem biex jidentifika rekluti potenzjali skont is-settur.


Kollaboratur:
MCAST Institute of Creative Arts

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a