Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

ME(et) TEEN – Artists’ Residency Performance

12 July 2019 @ 7:00 pm

Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju, 2019, 7pm
Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn, prenotazzjoni meħtieġa.

Grupp ta’ żgħażagħ ser ittellgħu performance informali għall-għeluq ta’ sensiela ta’ workshops mal-artisti Sarah Vella u Lisa Colette Bysheim.  Dawn il-workshops kienu parti mill-proġett ta’ Residenza għall-Artisti (AiR) ME(et) TEEN parti mill-programme ta’ Spazju Kreattiv f’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ.  Iż-żgħażagħ kienu involuti b’mod attiv fil-proċess kreattiv ta’ esplorazzjoni tal-effetti tal-midja soċjali fuq l-emozzjonijiet u l-istima tagħhom infushom.   Tul dan il-proċess kienu esposti għal opportunitajiet biex jiltaqgħu, jikkollaboraw, jaqsmu l-ideat u jikkreaw flimkien ma’ żgħażagħ oħra tamparhom, filwaqt li assistew għall-proċess ta’ kreazzjoni ma’ artisti professjonali.  Kien hemm ukoll mużiċist jikkollabora mal-grupp u ikkrea mużika biex tindaqq waqt il-preżentazzjoni tax-xogħol, fl-aħħar ġurnata tar-residenza.

Venue

Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 60 minuta
Keywords Żgħażagħ, Residenza tal-artisti, midja soċjali.