MET Encore: Der Fliegende Holländer
(from March 10, 2020)

- This event has passed.
MET Encore: Der Fliegende Holländer
(from March 10, 2020)
Data u Ħin
Il – Ħadd, 7 ta’ March, 2021, 2.30pm
François Girard, li l-viżjoni mistika u mdemmija tiegħu għal Parsifal ta’ Wagner saret wieħed mill-ikbar suċċessi tal-Met matul l-iżjed staġuni riċenti, issa jitfa’ ħarstu fuq kapolavur ieħor ta’ Wagner, Der Fliegende Holländer, taħt id-direzzjoni ta’ Valery Gergiev. Għall-ewwel darba ġewwa l-Met Sir Bryn Terfel jinterpreta l-parti tal-Olandiż misterjuż, ikkundannat li jibqa’ jbaħħar l-ibħra għall-eternità, flimkien ma’ Anja Kampe fil-parti ta’ Senta, li bid-devozzjoni u d-dedikazzjoni ta’ mħabbitha tista’ teħilsu. B’referenza għall-ossessjoni ta’ Senta b’ritratt tal-baħħar leġġendarju li tiegħu l-opra ġġib l-istess isem, il-palk tal-Met jiġi ttrasformat fi kwadru kolossali. Franz-Josef Selig jinterpreta l-parti ta’ missier Senta, daland; Sergey Skorokhodov jidher fil-parti tal-kaċċatur Erik; filwaqt li David Portillo u Mihoko Fujimura jidhru fil-partijiet tal-bdot u ta’ Mary, l-infermiera ta’ Senta, rispettivament. Der Fliegende Holländer hija koproduzzjoni ta’ L’Opéra de Québec u d-Dutch National Opera, Amsterdam.
Offerta:
3 biljetti: €30
3 biljetti (Konċessjonijiet): €25
Informazzjoni fuq il-Biljetti