Met Live in HD: Verdi’s Aida (Encore)
Met Live in HD: Verdi’s Aida (Encore)
Is-sopran Amerikana, Angel Blue, tinterpreta l-parti prinċipali tal-prinċipessa Etjopjana li ma tistax tagħżel bejn l-imħabba u pajjiżha fi produzzjoni ġdida tal-Aida ta’ Verdi minn Michael Mayer li tieħu l-udjenzi ġewwa l-piramidi enormi u l-oqbra indurati tal-Eġittu tal-qedem bi projezzjonijiet kumplessi u animazzjonijiet impressjonanti. Il-mezzo-sopran Rumena-Ungeriża, Judit Kutasi, tieħu sehem ukoll bħala r-rivali ta’ Aida, Amneris, flimkien mat-tenur Pollakk, Piotr Beczała, fil-parti tas-suldat Radamès, li jikkompleta l-akbar triangolu tal-imħabba tal-opra. Id-Direttur tal-Mużika tal-Met, Yannick Nézet-Séguin, imexxi l-ispettaklu tal-25 ta’ Jannar, li se jiġi trażmess b’mod dirett mill-palk tal-Metropolitan Opera ġewwa s-swali taċ-ċinema madwar id-dinja.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali