- This event has passed.
Met Opera Encore: Akhnaten (Philip Glass)2019 / 2020 Programme
5 January 2020
€12 – €15Data u Ħin
Encore: Il-Ħadd, 5 ta’ Jannar 2020, fis-2:30 PM
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Phelim McDermott, li l-produzzjonijiet tiegħu jinkludu Satyagraha, produzzjoni ta’ Philip Glass li kisbet bosta suċċess, qiegħed jirritorna lejn il-Met bi staging ġdid ta’ Akhnaten, li wkoll huwa ta’ Glass, b’direzzjoni ta’ Karen Kamensek li se tkun qiegħda tagħmel id-debutt tagħha fil-Met. Anthony Roth Costanzo jidher fil-parti tal-fargħun Eġizzjan illi ttanta jispira lin-nies tiegħu sabiex jaddottaw reliġjon ġdida, billi jabbandunaw l-adorazzjoni tal-allat il-qodma favur dik ta’ qawwa sopranaturali waħda. F’dan id-debutt tagħha tal-Met, J’Nai Bridges tinterpreta l- irwol ta’ Nefertiti, l-għarusa ta’ Akhnaten, filwaqt Dísella Lárusdóttir tidher bħala r-Reġina Tye, omm il-fargħun. Wieħed mill-fatturi viżivi l-iżjed distinti fl-istaging huwa pprovdut mill- kumpanija Gandini Juggling, bil-movimenti kkoreografati perfettament mal-mużika tal-orkestra. Din il-produzzjoni ta’ Akhnaten ittellgħet oriġinarjament minn LA Opera, Improbable, u l-Opera Nazzjonali Ingliża, fejn ittellgħet għall-ewwel darba wkoll, u rebħet il-premju Olivier għal L-Aqwa Produzzjoni għal Opra Ġdida.
Encore
Adulti: €15
Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €12
Biljett għal Staġun Encore: €120 (prezz ridott, minflok €150)
- Konduttur: Karen Kamensek
Produzzjoni: Phelim McDermott
Disinjatur tas-Sett: Tom Pye
Disinjatur tal-Kostumi: Kevin Pollard
Disinjatur tad-Dawl: Bruno Poet
Koreografu: Sean Gandini