Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Met Opera Encore: Wozzeck (Berg)2019 / 2020 Programme

9 February 2020

€12 – €15

Data u Ħin
Encore:  Il-Ħadd, 9 ta’ Frar 2020, fis-2:30PM
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Yannick Nézet-Séguin jidderieġi din il-produzzjoni ġdida minn William Kentridge tal-kapolavur espressjonista ta’ Alban Berg, Wozzeck, magħrufa għall-qawwa emozzjonali intensa tagħha u skor brillanti, meqjusa bħala waħda mill-iżjed opri sinifikanti tas-seklu 20. B’kompożizzjoni ta’ matul l-Ewwel Gwerra Dinjija u l-perijodu li jsegwiha, l-esplorazzjoni ta’ Berg ta’ suldat assedjat mill-ħażen tas-soċjetà hija ambjentata f’binja magħmula minn turġien, rampi, għamara mormija, u terrapien. It-tpenġijiet animati tiegħu permezz tal-faħam, flimkien ma’ tpenġijiet oħra pproġettati, mapep u biċċiet tal-film, iqanqlu sens ta’ dinja mistkerrha ta’ ajruplani sfrakassati, searchlights, maskli tal-gass, u kampijiet tal-battalja. Peter Mattei jiddebutta bl-irwol tiegħu ta’ Wozzeck, flimkien ma’ Elza van den Heever fil-parti ta’ Marie, omm ibnu. Dawk li jitturmentaw lil Wozzeck huma d-Drum-Major, il-Kaptan, u t-Tabib, interpretati minn Christopher Ventris, Gerhard Siegel, u Christian Van Horn rispettivament. Andrew Staples jiddebutta fil-Met permezz tal-parti tiegħu bħala Andres.  Kentridge, li fil-passat idderieġa Lulu ta’ Berg u The Nose ta’ Shostakovich, nieda din il-produzzjoni matul il-Festival ta’ Salzburg fl-2017, fejn intlaqat tajjeb ħafna mill-kritiċi. Il-produzzjoni ta’ Kentridge hija koproduzzjoni ta’ Met, Canadian Opera Company, Opera Australia, u Il-Festival ta’ Salzburg.

Encore
Adulti: €15
Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €12
Biljett għal Staġun Encore: €120 (prezz ridott, minflok €150)

  • Konduttur: Yannick Nézet-Séguin
    Produzzjoni: William Kentridge
    Ko-Direttur: Luc De Wit
    Disinjatur tal-Projezzjoni: Catherine Meyburgh
    Disinjatur tas-Sett: Sabine Theunissen
    Disinjatur tal-Kostumi: Greta Goiris
    Disinjatur tad-Dawl: Urs Schönebaum

 

 

Dettalji

Data:
9 February 2020
Prezz:
€12 – €15
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=MET+Encore+Wozzek

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 117 minuta
Creative Team Konduttur: Yannick Nézet-Séguin, Produzzjoni: William Kentridge 
With the participation of Elza van den Heever (Marie), Tamara Mumford (Margret), Christopher Ventris (The Drum-Major), Gerhard Siegel (The Captain), Andrew Staples (Andres), Peter Mattei (Wozzeck), Christian Van Horn (Doctor)