Met Opera 2016/2017 fiċ-Ċinema – Don Giovanni

- This event has passed.
Met Opera 2016/2017 fiċ-Ċinema – Don Giovanni
22 October 2016 @ 6:55 pm
€18
Trażmissjoni diretta mill-palk tal-Met Opera
“Don Giovanni, stidintni biex niġi niekol miegħek: Hawn jien, ġejt.”
Wolfgang Amadeus Mozart
Diretta: Is-Sibt 22 ta’ Ottubru 2016, 6.55PM
Repetizzjonijiet: Il-Ħadd 29 ta’ Jannar 2017, 5.00PM; il-Ħadd 5 ta’ Marzu 2017, 5.00PM
Matinée: Il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2017, 2.30PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Flimkien mal-librettist ġenjali tiegħu, Lorenzo da Ponte, Mozart sawwar il-kompożizzjoni mużikali fuq il-mitoloġija ta’ Don Juan meħuda mill-perspettiva li tipprova tikseb bilanċ bejn dak li hu traġiku u komiku, filwaqt li xorta waħda tibqa’ allegruża, pulita u ironika.
Il-protagonisti tan-narrativa huma Don Giovanni u l-ħabib tiegħu, Leporello li tul il-vjaġġ tagħhom, mill-ġlieda fatali tal-bidu sal-bosta mumenti umoristiċi u sentimentali li jsegwu, jiltaqgħu ma’ numru ta’ sitwazzjonijiet u intoppi li fl-aħħarnett, litteralment iwassluhom san-nar tal-infern f’coup de théâtre.
Nota dwar il-prezz tal-biljetti:
Agħmel użu mill-iskont esklussiv fuq biljetti li jkopru l-istaġun sħiħ:
Għat-trażmissjonijiet diretti jew għall-ewwel wirja: €145.00
Għar-repetizzjonijiet: €120.00