Met Opera 2016/2017 fiċ-Ċinema – La Traviata

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Met Opera 2016/2017 fiċ-Ċinema – La Traviata

25 June 2017 @ 5:00 pm

€12 – €18

Produzzjoni oriġinali tas-Salzburger Festspiele mill-palk tal-Met Opera

“L-iżball tagħna kien li ktibna opri kbar li ma jispiċċaw qatt, u li jimlew serata sħiħa. U issa, dlonk jiġi wieħed b’opra ta’ att jew żewġ atti mingħajr ebda xeni mkabbrin u bla sens – dik kienet bidla tassew hienja.”
Giuseppe Verdi

Diretta: Is-Sibt 11 ta’ Marzu 2017, 7.00PM
Repetizzjoni: Il-Ħadd 2 ta’ Lulju 2017, 5.00PM; Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju 2017, 5.00PM
Matinée: Il-Ħadd 9 ta’ Lulju 2017, 2.30PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Hija ħaġa tal-għaġeb li wara l-falliment inizjali tal-opra ta’ Verdi, La Traviata rnexxielha tisraq qlub in-nies, tant li saret fost waħda mill-aktar opri maħbubin fir-repertorju tal-MET. Wara d-drammi ferm akbar ta’ Rigoletto u Il Trovatore, is-suġġett u l-ambitu intimu tan-narrattiva ta’ La Traviata ħeġġet lill-kompożitur sabiex jikteb mużika li tassew tmiss il-qalb, mużika li tfakkar is-senstività ta’ Verdi aktar minn kull opra oħra li qatt għaddiet minn taħt idejh.

L-irwol ta’ waħda mill-aktar protagonisti maħbubin tal-opra, Violetta, huwa interpretat minn Sonya Yoncheva. Dan l-irwol, meqjus wkoll bħala l-quċċata tar-repertorju sopran, huwa bbilanċjat minn Michael Fabiano li jagħmilha tal-maħbub tagħha Alfredo, u Thomas Hampson bħala missieru, Germont.

Nota dwar il-prezz tal-biljetti:
Agħmel użu mill-iskont esklussiv fuq biljetti li jkopru l-istaġun sħiħ:
Għat-trażmissjonijiet diretti jew għall-ewwel wirja: €145.00
Għar-repetizzjonijiet: €120.00

Dettalji

Data:
25 June 2017
Ħin:
5:00 pm - 7:35 pm
Prezz:
€12 – €18
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=MET+Encore+La+Traviata

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 153min
Language Taljan (b’sottotitli bl-Ingliż)
Creative Team Giuseppe Verdi (kompożizzjoni), Francesco Maria Piave (libretto), Willy Decker (produzzjoni), Wolfgang Gussmann (diżinn), Hans Toelstede (dwal), Athol Farmer (koreografija)
With the participation of Nicola Luisotti (konduttur), Sonya Yoncheva (Violetta Valéry), Michael Fabiano (Alfredo Germont), Thomas Hampson (Giorgio Germont)