
- This event has passed.
Met Opera in Cinema 2018/2019 – Die Walküre (Live)
30 March 2019
€18
Dati u Ħinijiet:
Live: Is-Sibt, 30 ta’ Marzu 2019 5:00PM
Post: Ċinema (Il-Kavallier ta’ San Ġakbu)
It-tieni opra fiċ-ċiklu monumentali magħruf bħala Der Ring des Nibelungen ta’ Wagner, Die Walküre minn dejjem kienet toffri lejl ta’ teatru straordinarju. Parti minn dan l-appell jinsab fl-attenzjoni li din l-opra tagħti lil xi wħud mill-aktar karattri interessanti taċ-ċiklu f’mumenti deċiżivi ta’ ħajjithom: Wotan, il-mexxej tal-allat; martu, Fricka; it-tfal tewmin tiegħu, Siegmund u Sieglinde; u, fuq kollox, il-gwerriera ta’ Wotan, Brünnhilde. Mad-daqqa ta’ uħud mill-aktar mużika notevoli ta’ Wagner, dawn il-karattri u oħrajn isegwu d-destin tagħhom.
Prezz:
LIVE
Adulti: €18
Biljett għal Staġun Sħiħ: €145 (prezz ridott, minflok €180)
Minħabba n-natura ‘live’ ta’ din il-performance, it-tul tal-avveniment jista’ jvarja xi ftit.