MET Opera Live in HD: Dead Man Walking

Loading Events
  • This event has passed.

MET Opera Live in HD: Dead Man Walking

21 Ottubru 2023 @ 6:55 pm

Data u Ħin
Is-Sibt 21 ta’ Ottubru, 2023, 6:55pm

Il-kapulavur meraviljuż tal-kompożitur Amerikan Jake Heggie, l-opra l-ġdida l-aktar imtella’ fl-aħħar 20 sena, tasal fis-swali taċ-ċinema fi produzzjoni ġdida u impressjonanti ta’ Ivo van Hove. Ibbażata fuq il-memoir ta’ Sister Helen Prejean dwar il-ġlieda tagħha għar-ruħ ta’ qattiel ikkundannat, Dead Man Walking tlaqqa’ l-livell għoli ta’ drama tas-suġġett tagħha mal-mużika sabiħa u emozzjonanti ta’ Heggie u ma’ libretto brillanti mir-rebbieħ tal-premju Tony u l-premju Emmy, Terrence McNally.

Jieħu l-podju d-Direttur Mużikali tal-Met Yannick Nézet-Séguin, bil-mezzo-sopran Joyce DiDonato li tieħu sehem bħala Sister Helen. Il-kast eċċellenti jinkludi wkoll il-baritonu baxx Ryan McKinny bħala l-priġunier kkundannat għall-mewt Joseph De Rocher, is-sopran Latonia Moore bħala Sister Rose, u l-mezzo-sopran leġġendarja Susan Graham—li kantat il-parti ta’ Helen Prejean fl-ewwel wirja tal-opra fl-2000— bħala omm De Rocher.

Kontenut Konsultattiv: Dead Man Walking fih rappreżentazzjoni ta’ stupru u qtil, kif ukoll temi adulti oħra u lingwaġġ qawwi.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€15
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
12A
Lingwa
English