Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Met Opera Live: The Gershwins’ Porgy and Bess2019 / 2020 Programme

1 February 2020

€15 – €18

Data u Ħin
Live: Is-Sibt, 1 ta’ Frar 2020, fis-6:55 PM
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Porgy and Bess tal-Gershwins qiegħda tirritorna l-Met għall-ewwel darba wara l-1990, fi produzzjoni ġdida b’direzzjoni ta’ James Robinson, li wkoll qiegħed jiddebutta. “L-Opra folk” tal-Amerka ‒ hekk kif laqqmuha dawk li ħolquha lura fl-1935 ‒ tirrakkonta l-ġrajja tat-tallab diżabbli Porgy, parti interpretata minn Eric Owens, u l-imħabba tiegħu għal Bess ‒ maħkuma mill-vizzju tad-droga ‒ b’interpretazzjoni ta’ Angel Blue. David Robertson jidderieġi cast eċċezzjonali li fost oħrajn jinkludi lil Donovan Singletary bħala Jake s-sajjied, Golda Schultz bħala martu Clara, Latonia Moore bħala Serena l-armla, Frederick Ballentine fil-parti ta’ negozjant tad-droga, Sportin’ Life, Alfred Walker bħala Crown, ħaddiem tax-xatt brutali, u  Denyce Graves bħala Maria, matrijarka tal-belt u dik li tmexxi ħanut tal-ikel tal-lokal. B’taħlita ta’ melodiji ta’ klassiċi mill-iżjed maħbubin u li jibqgħu popolari dejjem, bħal “Summertime,” “It Ain’t Necessarily So,” “Bess, You Is My Woman Now,” “I Got Plenty o’ Nuttin,” u “My Man’s Gone Now,” il-koproduzzjoni l-ġdida ma’ L-Opera Nazzjonali Ingliża u L-Opera Nazzjonali Olandiża ġiet deskritta bħala trijonf fl-ewwel dehra tagħha ġewwa Londra iktar kmieni din is-sena.

Live
Adulti: €18
Konċessjonijiet (studenti u anzjani): €15
Biljett għal Staġun Live: €145 (prezz ridott, minflok €180)

  • Konduttur: David Robertson
    Produzzjoni: James Robinson
    Disinjatur tal-Projezzjoni:Luke Halls
    Disinjatur tas-Sett: Michael Yeargan
    Disinjatur tal-Kostumi: Catherine Zuber
    Disinjatur tad-Dawl: Donald Holder

 

Dettalji

Data:
1 February 2020
Prezz:
€15 – €18
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=MET+Live+The+Gershwins+Porgy+and+Bess

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 220 minuta
Creative Team Konduttur: David Robertson, Production: James Robinson
With the participation of David Robertson; Angel Blue (Bess), Golda Schultz (Clara), Latonia Moore (Serena), Denyce Graves (Maria), Frederick Ballentine (Sportin’ Life), Eric Owens (Porgy), Alfred Walker (Crown), Donovan Singletary (Jake)