Mi fanno male i capelli

Loading Events
  • This event has passed.

Mi fanno male i capelli

24 Ottubru 2024 @ 5:00 pm

Monica qed titlef il-memorja tagħha u ħajjitha qed titfarrak. It-tobba jgħidulha li għandha s-sindrome ta’ Korsakoff. Din m’hemmx fejqan għaliha. Iżda mbagħad isseħħ xi ħaġa mhux mistennija: Monica ssib mod biex tagħti sens għal dak li qed jiġri billi “tissellef” il-memorji ta’ Monica oħra, waħda li dejjem kienet tammira: Monica Vitti.

Hija tibda tilbes bħalha, timmitaha, tirreċta partijiet mill-films tagħha u tidentifika ruħha mal-karattri tagħha, sakemm id-distinzjoni bejn il-film u r-realtà ma tibqax ċara. Ir-raġel tagħha Edoardo, li jħobbha immens, ma jwaqqafx lil din is-sitwazzjoni milli ssir il-ħajja l-ġdida tagħhom.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
B'xejn iżda hija meħtieġa prenotazzjoni
Konċessjonijiet
B'xejn iżda hija meħtieġa prenotazzjoni
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 23mins
Ċert
PG
Lingwa
Taljan b’sottotitli bl-Ingliż
: