Min Hi, Ineż?

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Min Hi, Ineż?

5 November 2016 - 18 December 2016

“Mal-ħsieb biss li għadu ma sabhiex…ma jarahiex aktar, kien iħoss rasu titfawwar, jonqoslu n-nifs, qalbu tħabbat, trid ittir; dlonk iqum minn fejn ikun qiegħed, joħroġ mid-dar u bħal miġnun, imur jiġri, idur ifittex mill-ġdid.”
Anton Manwel Caruana, Ineż Farruġ

Ftuħ: Is-Sibt 5 ta’ Novembru 2016
Għeluq: Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2016

Post: Spazji Ċ1-Ċ3 (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Ideoloġiji dwar l-identità nazzjonali, relazzjonijiet tal-familja, l-imħabba, il-fidi u r-reliġjon se jiġu analizzati u interpretati mill-ġdid f’forma ta’ installazzjonijiet interattivi u ritratti, fil-kuntest tar-rumanz Ineż Farruġ, miktub mill-awtur Malti, Anton Manwel Caruana.

Dan il-proġett qed jiġi kkurat minn Lisa Gwen Baldacchino, bil-kontribuzzjoni kreattiva ta’ Pierre Portelli u Elisa von Brockdorff. Apparti l-wirja, udjenza żagħżugħa tkun tista’ tinvolvi ruħha aktar mill-qrib permezz ta’ sensiela ta’ sessjonijiet.

Dan il-proġett qed jitwassal permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Spazju Kreattiv u l-Festival Żigużajg 2016.

Dettalji

Bidu:
5 November 2016
Tmiem:
18 December 2016
Event Categories:
,

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Cert Kull eta'
Creative Team Lisa Gwen Baldacchino (kuratriċi), Pierre Portelli (artist), Elisa von Brockdorff (artista)