Misteri: Wirja dwar il-Misteri u t-Twemmin

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Misteri: Wirja dwar il-Misteri u t-Twemmin

9 December 2015 @ 7:00 pm - 4 January 2016 @ 9:00 pm

Illużjoni – Twemmin – Arti

Ftuħ: L-Erbgħa 9 ta’ Diċembru 2015
Għeluq: It-Tnejn 4 ta’ Jannar 2016

Post: Spazju B (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Ħafna jafu lil Vanni Pulé bħala raġel tal-maġija, iżda huwa wkoll gradwat fil-letteratura u artist bi snin ta’ esperjenza. Ejja ngħidu hekk – it-tpinġijiet tiegħu ġew ippubblikati meta kellu biss tlettax-il sena, u, minn dakinhar ‘l hawn, studja taħt diversi artisti, ħa kors għal Masters ġewwa Londra, u esebixxa x-xogħlijiet tiegħu f’diversi bliet madwar id-dinja – minn California għal Ruma.

F’din il-wirja, Pulé se jkun qed jorbot l-ossessjoni tiegħu għall-illużjoni, il-misteru u l-qerq mal-isfond artistiku u l-esperjenza. Kull pittura tiegħu, li fil-maġġoranza tagħhom magħmulin mill-acrylics u minn taħlita ta’ mezzi oħrajn, jesploraw diversi aspetti ta’ suġġetti affaxxinanti, waqt li jipprovdu sfida intelletwali u stimulazzjoni estetika hekk kif dawn jagħmlu parti mill-proġett olistiku dwar il-misteru u l-illużjoni.

Dettalji

Bidu:
9 December 2015 @ 7:00 pm
Tmiem:
4 January 2016 @ 9:00 pm
Event Category:
Event Tags:

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Cert Kull età
Creative Team Vanni Pulé
With the participation of Moira Tabone Farrugia, Ramon Azzopardi