Mitt Ruħ

Loading Events

Mitt Ruħ

1 Diċembru 2023 - 10 Diċembru 2023

“Mitt Ruħ” huwa proġett interdixxiplinarju li jgħaqqad flimkien il-letteratura, l-illustrazzjoni u t-teatru. Il-ġabra ta’ stejjer żgħar illustrati Maltin ta’ Prof Ġorġ Mallia, “Mitt Ruħ”, hija l-ewwel punt tiegħu ta’ ispirazzjoni li mbagħad jesplora kif l-estetika partikolari viżiva u letterarja ta’ din il-ġabra tista’ tinforma l-estetika tal-prestazzjoni u d-disinn fi produzzjoni teatrali. Din il-ġabra ta’ mitt karattru toffri kalejdoskopju tal-psike Malti.

Kull storja żgħira tidħol fi kwistjonijiet topiċi li jaffettwaw lis-soċjetà kontemporanja Maltija, speċjalment kif l-invidwi jindirizzaw id-deġenerazzjoni u (f’xi każijiet) ir-riġenerazzjoni fl-isferi personali, intimi, relazzjonali, soċjetali u ambjentali tal-ħajja.

Fuq livell wieħed, ix-xogħol propost se jipproduċi stampa teatrika tas-soċjetà Maltija tas-seklu 21. Fuq livell ieħor, ix-xogħol iffukat fuq il-karattru se jistieden lill-udjenzi jirriflettu fuq il-valur tal-ħajja tagħhom stess.

Tim Kreattiv:
Ko-Kittieb u Ko-direttur: Victor Jacono
Ko-Kittieb u Ko-direttur: Clive Piscopo

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a