- This event has passed.
Cult Screenings – Moulin Rouge!
15 February 2020
€5Dati u ħin: Is-Sibt, 15 ta’ Frar, 2020, 3.30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €5
Christian, poeta żagħżugħ b’aspirazzjonijiet kbar, jimxi lejn id-disrett ta’ Montmartre f’Pariġi sabiex isir midħla tal-moviment Boemjan tant b’saħħtu fl-akkwata. Huwa malajr jintebaħ li l-ġirien tiegħu jifformaw grupp ta’ artisti mmexxija minn Henri de Toulouse-Lautrec, sakemm jispiċċa jsir parti minnhom bl-għan li jgħinhom itemmu l-preparamenti għal xow spettakolari li qegħdin jippjanaw li jbigħu lin-nightclub Moulin Rouge. Hekk kif Christian jidħol fid-dinja ta’ tard filgħaxija f’Pariġi tas-sess, drogi u passjoni, huwa jibda storja ta’ mħabba ma’ Satine, l-istilla tal-Moulin Rouge u tax-xow pjanat. Iżda wieħed minn dawk is-sinjuri li jappoġġjaw lill-klabb finanzjarjament, misjuq mill-ossessjoni li għandu għal Satine, jinsisti li l-koppja tinfired, inkella l-futur tal-klabb – u ta’ Christian – jista’ jkun f’riskju.