Movies That Matter: Mama Bears + Q&A

Loading Events
  • This event has passed.

Movies That Matter: Mama Bears + Q&A

19 Diċembru 2023 @ 7:30 pm

X’jiġri meta t-tfal tiegħek ikunu omosesswali jew transġeneru, meta inti temmen b’qalbek kollha li dan huwa dnub? L-Insara Evanġeliċi Kimberly u Sara jagħmlu tranżizzjoni kuraġġuża għal “Mama Bears” li jħobbu. Sadanittant, iż-żagħżugħa Tammi tissielet sabiex taċċetta lilha nnifisha u wkoll ma’ ommha stess. Dokumentarju li jmiss il-qlub dwar ir-rebħa tal-imħabba fuq il-mibegħda.

Isejħu lilhom infushom “Mama Bears” u jsibu lil xulxin fuq Facebook, f’dimostrazzjonijiet ta’ Pride u kull post fl-Istati Uniti fejn in-nies LGBTQ+ għandhom bżonn l-appoġġ. Insara Evanġeliċi, il-pedamenti ta’ Sara u Kimberly ġew mheżża meta rriżulta li t-tfal tagħhom kienu differenti milli ħasbu. Iben Sara, Parker, ħareġ bħala omosesswali tal-età ta’ 21 sena. U meta t-tifla ta’ Kimberly, Kia, qaltilha b’mod ċar li hi ma kinitx tifel iżda tifla, Kimberly kienet iddisprata.

Fil-grupp ta’ Facebook Mama Bears, huma sabu li ma kinux waħedhom fit-taqbida mal-konvinzjonijiet reliġjużi tagħhom. Issa huma jaqbżu pubblikament għall-komunità queer. Kimberly tagħmel kampanji kontra “L-abbozz dwar il-kmamar tal-banju” diskriminatorju ta’ Texas, u Sara tivvjaġġa minn post għal ieħor fil-pajjiż sabiex tagħti t-Tgħanniq ta’ Omm Bla Ħlas sbieħ tagħha. Tammi, tfajla żagħżugħa leżbjana, sadanittant, sabitha diffiċli li taċċetta dak li hi, eżattament bħal ommha. Hi saħansitra żżewġet raġel sabiex ikun “ħaqqha l-ġenna”, li juri għaliex il-Mama Bears huma daqstant importanti.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free but booking is required
Konċessjonijiet
Free but booking is required
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
91mins
Ċert
15
Lingwa
English
: