
- This event has passed.
National Theatre Encore: Cyrano de Bergerac
8 March 2020 - 26 March 2020

Dati u Ħin:
Il-Ħadd 8 ta’ Marzu, 2020, 6pm
Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu, 2020, 7.30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezzjiet:
Adulti: €12
Konċessjonijietgħall-istudenti u l-anzjani: €10
Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li il-wiri ta’ National Theatre Encore: Cyrano de Bergerac jiġi kkanċellat.
Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna.
Cyrano de Bergerac
Ta’ Edmond Rostand, f’verżjoni ġdida ta’ Martin Crimp
Direzzjoni ta’ Jamie Lloyd
James McAvoy (X-Men, Atonement) jirritorna fit-teatru għall-adattazzjoni ta’ Cyrano de Bergerac, imxandra b’mod dirett fiċ-ċinema minn West End f’Londra.
B’kitba b’saħħitha u magħruf fil-ġlied, Cyrano għandu kważi kollox – mhux li kien jirbaħ qalb il-maħbuba tiegħu Roxane. Problema waħda biss: għandu mnieħru kbir daqs qalbu. Tgħid Cyrano ser jinqered minn soċjetà mimlija narċisiżmu, jew l-għarfien tiegħu u t-tħaddim eċċellenti tal-lingwa ser ikunu biżżejjed biex idawwlu d-dinja ta’ Roxane?
Ix-xogħol ewlieni ta’ Edmond Rostand adattat minn Martin Crimp b’direzzjoni ta’ Jamie Lloyd (Betrayal). Din ir-reċta klassika tingħata l-ħajja bl-inġenwinità lingwistika biex tiċċelebra ir-reżistenza qawwija u reżonanti Cyrano kontra kull probabbiltà eżistenti.