National Theatre Encore: Frankenstein (Benedict Cumberbatch as The Creature)
B’direzzjoni ta’ Danny Boyle (Trainspotting, Slumdog Millionaire), rebbieħ tal-Academy Award, Frankenstein jinkludi lil Benedict Cumberbatch (Hamlet, BBC’s Sherlock) u Jonny Lee Miller (Elementary, Trainspotting) jalternaw bejn l-irwoli ta’ Victor Frankenstein u l-kreazzjoni tiegħu.
Kun af li dan jinvolvi filmati b’mumenti ta’ dawl qawwi u li jleħħ (strobe lighting).
Miġbuda direttament fl-2011 mill-palk tat-Teatru Nazzjonali ta’ Londra, din il-produzzjoni eċitanti u li l-biljetti għaliha nbiegħu kollha tant lisaret is-suġġett ta’ sensazzjoni internazzjonali, ġiet esperjenzata minn nofs miljun ruħ minn madwar id-dinja ġewwa ċinemas differenti.
Sempliċi fl-innoċenza tagħha iżda grotteska fil-qagħda tagħha, il-kreatura kemxejn perplessa ta’ Frankenstein titħalla ddur f’univers mill-iktar ostili mill-ħallieq tagħha stess, maħsud kif inhu biha. Din il-ħlejqa ddisprata u vendikattiva, wiċċ imb wiċċ mal-perikli li tiltaqa’ magħhom, taħlef li tintraċċa lil dan l-istess ħallieq tagħha u tagħmel miegħu patt mill-iktar tal-biża’.
Ir-responsabbiltà xjentifika, l-abbandun tal-ġenituri, l-iżvilupp konjittiv u l-ġlieda bejn it-tajjeb u l-ħażin huma lkoll elementi li jikkaratterizzaw lil din il-ġrajja klassika pjuttost disturbanti u tabilħaqq eċitanti.
Ritratt ewlieni (Benedict Cumberbatch and Jonny Lee Miller) ta’ Clare Nicholson.
Ritratti tal-produzzjoni ta’ Catherine Ashmore.