Night of Ideas: Creating Together

- This event has passed.

Night of Ideas: Creating Together
Data u ħin
Is-Sibt 12 ta’ Marzu 2022, 6.30pm
Matul Night of Ideas, il-postijiet ta’ għarfien u kultura madwar id-dinja huma mistiedna jiċċelebraw il-fluss liberu tal-ideat billi joffru konferenzi, kif ukoll wirjiet, u prestazzjonijiet artistiċi.
Għaddew kważi sentejn, ikkaratterizzati mill-pandemija u r-riperkussjonijiet tagħha. Il-pjaneta kollha esperjenzat għeluq tal-fruntieri, lockdown u attivitajiet sospiżi. Allura, kif nerġgħu ngħaqqdu wara dak kollu? Dan l-ewwel NIght of Ideas f’Malta li se jindirizza l-kollettività fil-ħolqien. L-ewwel roundtable se jesplora l-kunċett li tkun awtur fil-qafas ta’ ħolqien kollettiv: minn perspettiva storika, billi tqajjem kuxjenza dwar il-kunċett tad-drittijiet tal-awtur tul l-etajiet u l-oqsma ġeokulturali, sal-ħolqien parteċipattiv tal-lum. It-tieni roundtable se jagħti spazju għall-inizjattivi li jiġbru l-kundizzjonijiet tajbin għall-ko-kreazzjoni li jwassal għal ħin biex jiħi esplorat, spazju biex jiltaqgħu u jiskambjaw.
Avvenimenti:
Night of Ideas Roundtable I | In-Nozzjoni ta’ Ko-Awtur
Sandro Debono, Matthieu Quiniou, Laura Besançon se jesploraw il-kunċett ta’ awtur fil-qafas ta’ ħolqien kollettiv: minn perspettiva storika, billi jiddubitaw il-kunċett tad-drittijiet tal-awtur tul l-etajiet u l-oqsma ġeokulturali, għall-ħolqien interattiv u parteċipattiv ta’ illum. Din ir-roundtable se tkun immexxija minn Margerita Pulè.
Data u Ħin: Is-Sibt 12 ta’ Marzu, 2022, 6:30pm
Post: Studio B, Spazju Kreattiv, Valletta
Ibbukja postok hawn.
Night of Ideas Roundtable II | Ħolqien bħala Laqgħa
Caldon Mercieca, Eugénie Drion u Lucie Duriez se jingħaqdu mal-moderatur Toni Attard, li se jagħti l-ispazji lil inizjattivi biex jaqsmu l-prattiki tajba għall-ko-kreazzjoni. L-għan tar-roundtable huwa li tesplora, tiltaqa’ u tiskambja l-ideat.
Data u Ħin: Is-Sibt 12 ta’ Marzu, 2022, 8:00pm
Post: Studio B, Spazju Kreattiv, Valletta
Ibbukja postok hawn.
I will make a doll for you | Installazzjonijiet artistiċi
Wara t-taħditiet, l-udjenza se tkun mistiedna tiskopri x-xogħol « Alone, together » ta’ Laura Besançon u l-ewwel koreografija NFT ta’ Eugénie Drion. Gaëtan Le Coarer, membru tal-Laboratoire Paragraphe, se jippreżenta żewġ proġetti VR dwar il-wirt fil-Belt Valletta. U l-mużiċist Eġizzjan, Yunis se jippreżenta r-riżultat tar-residenza artistika kondiviża tiegħu ma’ Laura Besançon.
Data u Ħin: Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu – Il-Ħadd 10 ta’ April 2022
Post: Space B, Spazju Kreattiv, Valletta
Kontributuri: Sandro Debono, Mathieu Quiniou, Laura Besançon, Margerita Pule, Caldon Mercieca, Lucie Duriez, Eugénie Drion, Toni Attard, Gaëtan Le Coarer u Yunis
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post