NT Live: Much Ado About Nothing (first screening)

- This event has passed.

NT Live: Much Ado About Nothing (first screening)
1 Diċembru 2022 @ 7:30 pm
Data u ħin
Il-Ħamis, 1 ta’ Diċembru, 2022, 7.30pm
Katherine Parkinson (The IT Crowd) u John Heffernan (Dracula) imexxu lill-kast fil-kummiedja romantika ta’ Shakespeare li tindirizza x-xemx, il-baħar u l-identità żbaljata.
Il-Hotel Messina, hotel leġġendarja mmexxija mill-familja li tgħix fuq il-kosta Taljana, ġiet miżjura minn diversi artisti, ċelebritajiet u nies rjali. Iżda meta t-tifla tas-sid tiżżewweġ suldat attraenti u żagħżugħ, mhux il-mistednin kollha jappoġjaw din l-unjoni.
Episodji qarrieqa u skandalużi ma jdumux ma jibdew iseħħu, mhux biss lill-koppja żagħżugħa, iżda wkoll lil Beatrice u Benedick, żewġ karattri b’ras iebsa ħafna u li baqgħu waħedhom.
Wara s-suċċess bil-premju li kiseb in-National Theatre Live f’Romeo & Juliet, Twelfth Night u Antony and Cleopatra, id-direttur Simon Godwin se jkun qed jirritorna b’din il-kummiejda irreżistibbli, b’xandira diretta mill-palk tat-Teatru Nazzjonali.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
€15
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Informazzjoni fuq il-Post